Left arrow Go Back

stqarrija mill-ministeru Għal Għawdex

pr1993
Date Icon 29/10/2010

Ma hemmx periklu ta’ kontaminazzjoni minħabba l-asbestos fl-isptar ġenerali ta’ Għawdex

Riżultati ta’testijiet tekniċi jikkonfermaw li fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex ma hemm l-ebda periklu ta’ kontaminazzjoni la għall-ħaddiema u l-anqas għall-pazjenti jew viżitaturi ġewwa dan l-isptar, minħabba xi materjal magħmul mill-asbestos li għad fadal f’uħud mill-kurriduri. It-testijiet saru skont proċeduri ta’ saħħa u sigurtà stabiliti fir-Renju Unit u jxejnu dak li nkiteb f’artiklu li deher f’sezzjoni tal-midja lokali matul din il-ġimgħa.
Testijiet similintalbu mill-Ministeru għal Għawdex kull darba li kien jinħtieġ li jsiru xogħlijiet strutturali jew ta’ manutenzjoni ġewwa l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Dan biex jassigura ħarsien tas-saħħa kemm tal-impjegati kif ukoll ta’ dawk kollha li jkollhom bżonn servizzi fl-isptar. Kif kellu okkażjoni li jispjega kemm il-darba, il-Ministeru għal Għawdex isostni li kull meta kien jinħtieġ xogħol ta’ manutenzjoni jew ristrutturar ġewwa l-isptar, ingħatat prijorità biex jinbidel is-saqaf il-qadim li kien jinkludi materjal magħmul mill-asbestos. Fil-fatt il-Ministeru jixtieq jikkonferma li, fis-sitwazzjoni preżenti, is-saqaf fis-swali u postijiet fejn isiru trattamenti jew kura oħra, ġie kollu mibdul u fadal biss xi kurriduri li għadhom ma nbidlux.
Il-xogħol marbutmal-proċess ta’ bdil ta’ dan il-materjal jesiġi proċeduri speċifiċi biex jiġi assigurat ħarsien tas-saħħa f’kull mument u jinvolvi spejjeż konsiderevoli. Ix-xogħlijiet marbuta mas-sejħa għall-offerti msemmija fl-artiklu kienu relatati mal-parti tal-kurridur ħdejn it-taqsima tal-kura ta’ mard tal-qalb u dak fejn illum qed isiru x-xogħlijiet biex titwaqqaf taqsima tar-Radjoloġija. Ix-xogħlijiet marbuta ma’ dik is-sejħa għall-offerti ntemmu u s-saqaf ġie mibdul kompletament. Dan l-aħħar inħarġet sejħa oħra għall-offerti biex jitneħħa dak li għad fadal mis-saqaf il-qadim f’uħud mill-kurriduri. Minħabba li wħud mill-kriterji stabbiliti ma ntlaħqux għandha toħroġ sejħa oħra biex b’hekk ikun jista’ jintemm il-proċess tal-bdil tas-saqaf li kien ġie installat meta nbena l-isptar u b’hekk l-asbestos fl-isptar jiġi eliminat.
Il-Ministerugħal Għawdex jikkundanna qlajjiet infondati li huma ntiżi biss biex jieħdu gwadann politiku mingħajr ma jikkunsidraw ir-responsabiltà fil-konfront ta’ setturi delikati bħal ma hu dak tas-saħħa. Fl-istess waqt itenni li l-Ministeru għal Għawdex huwa mpenjat li jkompli jtejjeb is-servizzi tas-saħħa f’Għawdex kif dejjem għamel.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow