Left arrow Go Back

Opportunitajiet ta’ investiment f’pajjiżna diskussi ma’ imprendituri Żvizzeri

pr1991
Date Icon 29/10/2010
Delegazzjoni mill-aġenzijagħall-promozzjoni tal-kummerċ u l-investiment tal-Iżvizzera, l-OSEC, flimkien ma’ għadd ta’ imprendituri minn dan il-pajjiż dalgħodu ltaqgħat mal-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech. F’din l-okkażjoni, il-Ministru Fenech spjega kif Malta tipprovdi ambjent ekonomiku b’saħħtu fejn tinvesti, u kif il-vantaġġi kompetittivi għal investituri li jħarsu lejn pajjiżna jirriżultaw minn fatturi ekonomiċi, soċjali, kulturali u umani. Dan jinkludi l-pożizzjoni strateġika ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea u qrib is-swieq tal-Afrika ta’ Fuq u l-Lvant Nofsani, id-disponibilità ta’ ħaddiema kapaċi, flessibli u mħarrġa, it-tradizzjoni industrijali ta’ pajjiżna u l-investiment kontinwu li jsir fl-infrastruttura ta’ pajjiżna u fl-istess kapaċitajiet tal-ħaddiema.
Id-delegazzjoni tal-OSEC tinsabMalta għal żjara ta’ tlett ijiem bl-għan li tesplora l-opportunitajiet li joffri pajjiżna għall-investiment. L-aktar oqsma li d-delegazzjoni qed tiffoka fuqhom huma dawk marbuta mas-settur tal-ICT, fosthom l-informatika, il-komunikazzjoni u l-immaniġġjar tad-data.
Għal dan il-għan, l-attivitajiettagħhom jinkludu wkoll żjara lil għadd ta’ kumpaniji involuti f’dan is-settur, kif ukoll lill-proġett ta’ SmartCity f’Ricasoli. Setturi oħra li d-delegazzjoni qed tiffoka fuqhom u li wkoll jifformaw parti mill-Viżjoni 2015 tal-Gvern huma dawk tal-industriji kreattivi u tal-farmaċewtika, b’attenzjoni partikolari lejn l-appoġġ li jistgħu jingħataw kumpaniji Żvizzeri biex ikomplu jikbru f’dan il-qasam waqt li joperaw minn Malta.
Waqt din iż-żjara, organizzatamill-Malta Enterprise, id-delegazzjoni rat ukoll kif Malta tista’ toffri wkoll vantaġġ lill-kumpaniji Żvizzeri li jixtiequ jespandu fis-suq tal-Afrika ta’ Fuq jew fil-Lvant Nofsani permezz tal-konnessjonijiet tajbin ferm li Malta għandha magħhom.
Id-delegazzjoni Żvizzera kellhawkoll laqgħat oħra ma’ uffiċjali għolja tal-Malta Enterprise u tal-Kamra tal-Kummerċ, Intrapriża u l-Industrija.
Matul iż-żjara, bdew ukollnegozjati sabiex jintlaħaq ftehim bejn il-Malta Enterprise u l-OSEC bl-għan li tissaħħaħ ir-relazzjoni bejn iż-żewġ entitajiet u b’hekk jitkattru l-opportunitajiet għan-negozju u l-investiment fis-swieq rispettivi.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow