Left arrow Go Back

L-eċċellenza fis-Servizz tiftaħ bibien għal opportunitajiet u niċeċ ġodda

pr1990
Date Icon 29/10/2010
“Il-ħaddiem Maltiminn dejjem wera l-kapaċità tiegħu li jeċċella fuq ħaddieħor, u jilħaq miri għoljin.  L-esperjenza, it-taħriġ, il-pożizzjoni ġeografika u l-opportunitajiet li toffri r-realtà ta’ pajjiżna kienu kollha ingredjenti ewlenija biex ġiet iffurmata l-koperattiva Professional Nautical Services Coop Ltd. f’Settembru li għadda, u li diġà qed tagħmel suċċessi kbar.” Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet Jason Azzopardi waqt il-preżentazzjoni uffiċjali taċ-Ċertifikat ta’ Reġistrazzjoni lill-istess koperattiva.
Il-koperattivaProfessional Nautical Services CoopLtd hija speċjalizzata fil-pilotaġġ ta’ vapuri għal ship-to-ship transfers.  Dan jikkonsisti fil-pilotaġġ ta’ tankers merkantili, f’ibħra internazzjonali għall-proċess ship-to-ship, meta żewġ vapuri jittrakkaw flimkien biex jieħdu fuel minn wieħed għall-ieħor.
Jason Azzopardifaħħar l-inizjattiva li ħadu dawn il-ħames piloti li lemħu niċċa li setgħu jimirħu fiha, u li qed jagħmlu suċċess fiha.  Huwa fakkar kif bosta mill-koperattivi li huwa jżur juru entużjażmu u ħeġġa għax-xogħol.  Dan l-entużjażmu flimkien mal-ħiliet straodinarji tal-ħaddiema Maltin u l-kreattività fin-negozju jwasslu suċċessi kbar.
Is-SegretarjuParlamentari wera s-sodisfazzjoni tiegħu għall-fatt li dan ix-xogħol qed isir minn Maltin għall-ewwel darba.  Huwa nnota kif dan ix-xogħol, ta’ reqqa kbira u speċjalizzazzjoni, qabel ma twaqqfet din il-koperattiva, kien isir minn piloti barranin ġeneralment mill-Ingilterra jew mill-Indja.  Għalhekk dan ipoġġi lill-ħames membri ta’ din il-koperattiva f’pożizzjoni strateġika eċċellenti hekk kif huma l-uniċi piloti li jagħmlu ship-to-ship stabbiliti fil-Baħar Mediterran.
Dan ix-xogħol lijsir l-iżjed madwar Malta, Ċipru u Ġibiltà, il-piloti Maltin jistgħu jagħmluh biss grazzi għal investiment kbir li wettqu f’tagħmir għat-taħriġ, kif ukoll grazzi għal taħriġ li huma jagħmlu f’ċentri speċjalizzati barra minn Malta, permezz tal-Koperattiva tal-Piloti Marittimi li huma membri tagħha ukoll.
Jason Azzoparditenna li huwa ċar kemm din il-koperattiva kienet kapaċi ssib in-niċċa tagħha u tisfruttaha bl-aqwa mod.  “Huma qed jużaw l-esperjenza tagħhom, it-taħriġ li rċevew, u l-pożizzjoni ġeografika ta’ Malta għall-vantaġġ tagħhom b’mod eċċellenti.  Huma koperattivi bħal dawn li jkomplu juru l-abbiltà eċċezzjonali li l-Maltin għandhom li jikkompetu u jirbħu.  Is-suq tas-servizzi huwa infinit, u l-Maltin jeċċellaw biex isibu n-niċċeċ ideali għalihom u jikbru fihom” temm jgħid is-Segretarju Parlamentari.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow