Left arrow Go Back

Is-SoċjetÀ Mużikali San Ġużepp Ħamrun iżżur l-anzjani fir-Residenza San Vinċenz De Paul

pr1988
Date Icon 29/10/2010
Is-SoċjetàMużikali San Ġużepp Ħamrun ilbieraħ taw sorpriża lill-anzjani residenti fir-Residenza San Vinċenz De Paul f’inizjattiva intiża biex tferraħ lir-residenti Ħamruniżi. Din l-attività kienet parti mill-programm ta’ ġimgħa fl-okkażżjoni tal-25 sena anniversarju mit-twaqqif tal-Kummissjoni Żgħażagħ.
Is-SegretarjuParlamentari għall-Anzjani u l-Kura fil-Komunità, l-Onor Mario Galea, li akkumpanja l-kumitat ċentrali tas-Soċjetà, qal li din l-attività kienet mod li bih ir-residenti setgħu jħossuhom apprezzati mill-komunità li kienu jgħixu fiha qabel ma daħlu fir-residenza.  Hu qal li attivitajiet simili għandhom iservu ta eżempju prattiku dwar kif nistgħu nagħtu ġieħ lill-anzjani li, għalkemm ma għadhomx jgħixu fil-komunità, taw sehem importanti fi ħdana.
Il-banda daħletiddoqq fis-swali differenti, u għalkemm ma kienx possibbli li l-banda ddoqq f’kull sala, għadd ta’ anzjani ngħaqdu mal-banda waqt il-marċi popolari li daqqet.  Kien hemm anzjani, ex bandisti, li saħansitra akkumpanjaw il-banda matul iż-żjara.
Mumentpartikolari kien meta ingħatat tifkira lis-Sur Joseph Mifsud Matrenza li huwa President Onorarju tal-istess Soċjetà.  Is-Sur Matrenza nnifsu rringazzja lis-Soċjetà Mużikali San Ġużepp Ħamrun, kif ukoll lit-tmexxija tar-Residenza San Vinċenz De Paul u appella lill-pubbliku in ġenerali biex jiddedikaw aktar ħin lill-anzjani, kemm dawk li jgħixu fil-komunità kif ukoll dawk li qed jgħixu fir-residenzi varji.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow