Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, EKONOMIJA U INVESTIMENT

pr1987
Date Icon 28/10/2010
Reazzjoni gћall-Istqarrija ta’ Marie-LouiseColeiro Preca, Kelliema tal-Oppożizzjoni gћat-Turiżmu
Fil-laqgha mal-MHRA l-Gvern ikkonferma d-dħultar-rata tal-VAT fuq l-akkomodazzjoni ta’ 7 fil mijja mil-1 ta Jannar 2011.
B'din iż-żieda,il-Gvern se jkun qed ikompli jsostni l-prodott turistiku lokali, se jara aktar fondi għal-lukandi biex itejbu l-prodott u s-servizz tagħhom u se jkompli jinvesti fir-reklamar ta' pajjizna, bil-għan li jkompli jibni fuq ir-rizultati pożittivi miksuba s'issa fl-2010 fil-qasam tat-turizmu.
Kif tikkonfermal-istqarrija, li ħarġet aktar kmieni llum wara nofs-inhar,  Il-Gvern qiegħed biss jikkunsidra skema ta' transizzjoni fil-kuntest tal-kuntratti li l-lukandi digà ffirmaw ma' tour operators.
Għaldaqstant,operaturi li jinnegozjaw xi kuntratt gdid minn wara l-bagit għandhom jieħdu konsiderazzjoni taz-zieda fil-VAT. Filwaqt li l-Gvern kien konsistenti matul is-sentejn li għaddew fil-ħtiega li jinvesti aktar fil-qasam turistiku u fil-ħtiega li l-industrija tat-turizmu tagħti kontribut akbar biex dak inkun possibbli, l-Oppożizzjoni qed tkun inkosistenti meta f'nifs wieħed tgħid li l-Gvern għandu jerga' jikkunsidra din id-deċizjoni u f'nifs ieħor takkuzah talli qed jikkunsidra din l-iskema ta' transizzjoni. Filwaqt li l-Oppożizzjoni tippreferi toħloq konfużjoni fuq is-settur, il-Gvern se jkompli jahdem billi jsostni l-investiment  biex inkomplu nattiraw aktar turiżmu lejn pajjizna, filwaqt li nsostnu u noħolqu aktar postijiet tax-xogħol f'dan is-settur.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow