Left arrow Go Back

Diskors mill-Onor. Peter Micallef, Assistent Parlamentari fil-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura tal-Komunità, waqt il-Kampanja tal-Unjoni Ewropea għal kontra t-tipjip –  Help! FoR a life without Tobacco – San Ġiljan – il-Ħamis, 28 ta’ Ottubru, 2010

pr1980
Date Icon 28/10/2010
Il-Ministeru tas-Saħħa,l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità minn dejjem appoġġja b'mod attiv il-Kampanja ta’ l-Unjoni Ewropea  HELP, għal ħajja mingħajr tabakk. Din il-kampanja tgħin billi tinkuraġġixxi lil min ipejjep biex jieqaf u kif ukoll tippromwovi l-ambjent bla dħaħen tat-tabakk fuq firxa wiesa ta’ popolazzjoni lokali.
Għan ieħorta’ din il-kampanja edukattiva kontra t-tipjip, kien li jwassal lit-tfal u liż-żgħażagħ isiru konxji tal-valur u l-importanza ta’ stil ta’ ħajja fejn it-tipjip m’għandux post jew spazju.
Dinil-kampanja kienet immirata kontra t-tipjip minħabba li dan il-vizzju joħloq problemi ta’ saħħa ambjentali, soċjali u huwa ta’ dannu ekonomiku għall-pajjiz. L-istatistiċi huma ċari u juru żieda fin-numru ta’ żgħażagħ li jpejpu. Dan iwassal biex it-tipjip ikun ta’ preokkupazzjoni għall-awtoritajiet tas-saħħa ta’ pajjiżna.
Bħalissa madwarid-dinja kollha, numru kbir ta’ persuni, fil-fatt 1.3biljun persuna qed jużaw it-tabakk,  filwaqt li 5.4 miljun persuna jmutu kull sena kawża tat-tipjip. Nofs dawk kollha li qed jużaw it-tabakk eventwalment jistgħu jmutu kawża ta’ mard relatat mat-tabakk. Sas-sena 2030, skont it-tbassir tal-‘World Bank’, l-imwiet ser jiżdiedu għall-8 miljuni fis-sena fejn it-tipjip se joqtol 1 minn kull 6 adulti minn madwar id-dinja kollha. Fl-Ewropa din hi t-tieni l-akbar kaġun u l-kawża ewlenija ta’ mwiet, li tista’ titwaqqaf jew ta’ lanqas tiġi evitata.
Għalkemm kważi 70%ta’ dawn l-imwiet iseħħu f’nazzjonijiet fejn għadhom qegħdin jiġu żviluppati, l-użu tat-tabakk kien u għadu l-problema inkwetanti fejn tidħol is-saħħa f’pajjiżna wkoll.
L-istatma jistax isolvi din il-problema waħdu imma għandu bżonn l-għajnuna u l-koperazzjoni tas-setturi minn diversi oqsma bħal ma’ hu fil-każ ta’ din li kampanja min-naħa tal-Unjoni Ewropeja,  HELP għall-ħajja bla tabakk. Permezz tagħha kien hemm il-kooperazzjoni mingħand il-Malta Medical Students Association u Skola Sajf.  Il-mira prinċipali kienet li jitwassal il-messaġġ b’kull mod possibbli dwar il-ħsara li jġib miegħu l-vizzju tat-tipjip fost popolazzjoni adulta, it-tfal u ż-żgħażagħ tagħna. Kien hemm diversi proġetti li kienu intiżi proprju biex jilħaq b’mod partikulari lit-tfal u ż-żgħażagħ li qegħdin fl-istadju li jagħmlu għażliet li jkollhom konsegwenzi fuq il-bqija ta’ ħajjithom u fosthom li jwarrbu t-tipjip minħabba li huwa ta’ dannu għal saħħithom.
Fil-verita’ kampanji edukattivi kontra t-tipjip fost l-istudentitagħna għandhom jkun parti mill-curriculum edukattiv kollu tal-istat kif ukoll fil-privat. Minn meta jkunu għadhom żgħar sa meta jaslu għal livell edukattiv terzjarju. Ma nistgħux nistennew li t-tipjip jonqos jekk il-liġijiet eżistenti ma jkunux rinfurzati bil-qawwa neċessarja u jekk il-poplu tagħna ma jkunx impenjat li jwarrab dan il-vizzju minn fostna.
Manistax nagħmel enfasi biżżejjed dwar l-importanza tat-tagħlim fuq il-konsegwenzi dannużi tat-tipjip fost popolazzjoni, it-tfal l-adolexxenti u l-adulti. Ma rridux ninsew li dawn it-tfal u ż-żgħażagħ huma s-soċjeta’ Maltija ta’ għada, u permezz ta’ dan nistgħu naslu biex jkollna soċjeta’ b’saħħitha.
Dan il-proġettb’kollaborazzjoni mal HELP ma kienx jinkludi biss lit-tfal imma kien jinvolvi wkoll numru ta’ facilitators  li ġew imħarrġa mid-Direttorat għall-Promozzjoni tas–Saħħa u l-Prevenzzjoni tal-Mard fuq kif iwasslu il-messaġġ lit-tfal u infurmaw ruħhom dwar il-vera fatti u l-ħsara li jagħmel it-tipjip. Barra minn hekk membri tal-MMSA ġew ukoll imħarrġa kif jagħtu pariri lil minn ipejjep biex ikun jista’ jieqaf u wħud minnhom sa saħansitra saru jafu kif jagħmlu t-test tal-Carbon Monoxide ukoll. Dawn kollha se jkunu jistgħu jagħtu servizz aħjar biex ikunu jistgħu jgħinu lil min irid jieqaf ipejjep.
Jiena minn qalbi nixtieqnirringrazzja lil kull min ta sehem  u lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor, qegħdin jimpenjaw ruħhom kuljum biex ikomplu jtejbu l-kwalita’ tal-ħajja tal-poplu Malti kollu. L-għan tagħna hu li l-poplu tagħna jibqa’ b’saħħtu kemm jista’ jkun fit-tul.

GRAZZI

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Fuq proposta ta’ Malta, il-Pjan Ewropew għall-Kultura 2027–2030 jinkludi l-ħarsien tal-wirt kulturali taħt il-baħar

PR262001

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Fuq pr...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  IT audit: Review of the methodology for the compilation and updating of demographic statistics using multi-source administrative data

PR262000en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE IT audit: Review of the methodo...

More Press Releases Right arrow