Left arrow Go Back

Il-World Aviation Group ikompli jinvesti u joħloq aktar postijiet tax-xogħol

pr1977
Date Icon 28/10/2010
Il-World Aviation Group, kumpanijabi sħab bejn l-AirMalta u s-settur privat kompliet tinvesti u fl-aħħar 12-il xahar ħolqot 25 post tax-xogħol ġdid biex issa tħaddem 155 persuna. Dan tħabbar waqt żjara tal-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech fl-uffiċċji tal-kumpanija dalgħodu.
Din il-kumpanija toffri servizzidifferenti fosthom dawk ta’ call centre, back office, financial accounting u billing fost l-oħrajn u rnexxilha tattira xogħol mingħand linji tal-ajru barranin bħal Cathay Pacific, Qantas Airways, Etihad Airways u Brussels Airlines.
Il-Ministru Fenech faħħar l-investimentkontinwu ta’ din il-kumpanija, li permezz tiegħu hi qed tattira numru ta’ kumpaniji internazzjonali rinomati u fil-proċess toħloq postijiet tax-xogħol ġodda. Dan jikkonferma li l-intrapriżi f’Malta qed jirnexxilhom ikunu kompetittivi minkejja l-kompetizzjoni kbira f’suq dejjem aktar globalizzat. Huwa spjega kif il-Baġit 2011 jinkludi sensiela ta’ inizjattivi intiżi biex sidien ta’ negozji f’pajjiżna jsaħħu l-kompetittività tagħhom, fosthom skemi ta’ taħriġ u għajnuniet fil-forma ta’ tnaqqis mit-taxxa għal min jinvesti f’tagħmir li jtejjeb il-kwalità tal-prodott jew is-servizz tiegħu.
F’dan il-kuntest, huwa rrefera għar-rapporttal-kumpanija tal-credit rating Fitch, li din il-ġimgħa kkonfermat ir-rata ta’ Malta bħala A+ u li sostniet li dan ir-rating huwa riflessjoni tal-mod trankwill ta’ kif il-pajjiż għadda mir-riċessjoni u għall-fatt li diġà jidhru sinjali ta’ rkupru ekonomiku b’saħħtu. Huwa fakkar ukoll fir-rapport dwar il-kompetittività ppubblikat fil-jiem li għaddew mill-Istitut ta’ Riċerka Lisbon Council li sostna li fl-aħħar snin Malta u l-Ġermanja kienu l-uniċi żewġ pajiżi Ewropej li saħħew il-kompetittività tagħhom.

Fost il-klijenti tagħha, il-kumpanija issa għandna wkoll lill-ARMS, il-kumpanija responsabbli mill-kontijiet tad-dawl u l-ilma. L-ARMS għadha kif iffinalizzat ftehim mal-World Aviation Group biex din tassistiha fir-rigward tat-telefonati li jaslu fil-call centre tagħha iżda anke fuq il-backlog tal-emails. Il-Ministru Fenech ġibed l-attenzjoni għall-fatt li kemm ilu li ntlaħaq dan il-ftehim mal-ARMS, l-ammont ta’ telefonati li qed jiġu mwieġba issa żdied għal aktar minn 76%.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Fuq proposta ta’ Malta, il-Pjan Ewropew għall-Kultura 2027–2030 jinkludi l-ħarsien tal-wirt kulturali taħt il-baħar

PR262001

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Fuq pr...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  IT audit: Review of the methodology for the compilation and updating of demographic statistics using multi-source administrative data

PR262000en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE IT audit: Review of the methodo...

More Press Releases Right arrow