Left arrow Go Back

AVVENIMENT SPORTIV UNIKU F’GĦAWDEX - THE GOZO GRAND SPRINT 2010

pr1971
Date Icon 27/10/2010
Il-Kunsill Malti għall-Isportflimkien mal-Malta Motorsport Federation (MMF) bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex, is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ser ikunu qed jorganizzaw avveniment sportiv f’Għawdex fi tmiem il-ġimgħa bejn l-20 u l-21 ta’ Novembru 2010. Dettalji dwar dan l-avveniment tħabbru waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret ġewwa s-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport bil-parteċipazzjoni tal-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, l-Onor. Clyde Puli, Segretarju Parlamentari Żgħażagħ u Sport, u uffiċjali mill-Malta Motorsport Federation (MMF).
Minbarra li ser ikun l-ewwelavveniment tax-xorta tiegħu f’pajjiżna, il-Gozo Grand Sprint 2010 għandu potenzjal li jiġi segwit minn avvenimenti simili fil-futur. L-organizzazzjoni ta’ dan l-avveniment f’Għawdex hija wkoll inizjattiva favur iż-żieda fit-turiżmu intern lejn Għawdex speċjalment fix-xhur relattivament kwieti tas-sena. Huwa maħsub li bejn 80 u 100 tim se jieħdu sehem f’dan l-avveniment li mistenni jiġġenera madwar 680 lejl ta’ akkomodazzjoni fi stabbilimenti ta’ akkomodazzjoni f’Għawdex, mil-lat ta’ parteċipazzjoni. Dan minbarra attività kummerċjali u turistika oħra minn mijiet ta’ dilettanti li huma magħrufa li jsegwu dan it-tip ta’ sport.
L-Onor. Giovanna Debono, fissretkif il-Ministeru għal Għawdex jemmen li dan l-avveniment għandu potenzjal li jkompli jiġbed numru ta’ turisti Maltin lejn Għawdex fi żmien li hu meqjus bħala wieħed kwiet għall-qasam turistiku Għawdxi. Il-Ministeru għal Għawdex jippromwovi attivitajiet li jistgħu jiġġeneraw attività turistika mis-suq domestiku speċjalment fix-xhur meta s-settur ikun għaddej minn perjodi anqas popolari. Il-Ministru Debono qalet ukoll li avveniment ta’ din in-natura joffri wkoll opportunità ta’ reklamar biex il-prodott turistiku Għawdxi jiġi espost f’niċeċ partikolari bħalma hu l-qasam tat-turiżmu sportiv. “Dawn in-niċeċ joffru opportunitajiet ta’ diversifikazzjoni tas-swieq li fihom jista’ jiġi rreklamat Għawdex, filwaqt li jkompli jixhed il-potenzjal li din il-gżira toffri fil-qasam turistiku minbarra s-sbuħija naturali, ix-xemx u l-baħar”, żiedet tgħid il-Ministru Debono.
Is-Segretarju Parlamentarigħaż-Żgħażagħ u Sport, L-Onor. Clyde Puli saħaq l-importanza li ninċentivaw t-turiżmu sportiv f’Malta u f’Għawdex. Huwa żied li din l-attività tikkumplimenta l-politika tal-Gvern li jippromovi lill-gżira Għawdxija bħala destinazzjoni turistika u għalhekk din l-inizjattiva tippromovi lill-Għawdex wkoll bħala destinazzjoni għal turiżmu sportiv. Is-Segretarju Parlamentari sostna li l-Gvern permezz ta’ baġit allokat mill-KMS se jkun qed jgħin lill-għaqdiet sportivi oħra jorganizzaw attivitajiet f’Għawdex. L-Onor. Puli awgura kull suċċess lill-Malta Motorsport Federation li b’attivitajiet bħal Gozo Grand Sprint qed tidħol fi sħab mal-Gvern biex tippromwovi l-motorsport u biex tistimola l-ekonomija ta’ pajjiżna. Huwa fiehem kif il-Gvern diġà jgħin fl-organizzazzjoni tal-Valletta Grand Prix li hija attività oħra annwali li qed tikber ftit ftit biex is-sens ta’ titjib fil-prodott turistiku jiġbed lejn pajjiżna aktar turisti.
Fil-konferenza tal-aħbarijietġiet spjegata rotta li ser isservi bħala korsa għat-tlielaq li ser ikunu għaddejjin bejn is-Sibt 20 u l-Ħadd 21 ta’ Novembru li ġej. Din r-rotta fiċ-ċentru ta’ Għawdex ser tinkorpora Triq l-Imġarr, Triq San Anard, Triq il-Madonna Tar-Rummiena u Triq Ta’ Ħamet. L-organizzaturi sostnew li ser jittieħdu prekawzjonijiet u miżuri ta’ sigurtà biex filwaqt li l-pubbliku jkun jista’ jgawdi d-diversi aspetti ta’ dan l-avveniment, tiġi assigurata s-sigurtà pubblika f’kull ħin. Dan permezz ta’ kollaborazzjoni mal-Korp tal-Pulizija, it-Taqsima tal-Protezzjoni Ċivili f’Għawdex u servizzi ta’ emerġenza f’Għawdex, kif ukoll permezz ta’ devjazzjonijiet tat-traffiku bil-għajnuna tal-Korp tal-Pulizija, it-Transport Malta u l-Gwardjani Lokali. Barra minn hekk ser isiru kuntatti mar-residenti u sidien ta’ ħwienet u stabilimenti oħra fl-inħawi biex jiġu spjegati dettalji marbuta mal-aċċess f’dawn l-inħawi waqt il-ħinijiet tat-tlielaq.
F’isem l-MMF u l-għaqdietassoċjati magħha, speċjalment l-Island Car Club u l-Valletta Grand Prix Foundation, is-Sur Tonio Cini, President tal-MMF ħabbar li għal dan l-avveniment ġie mistieden il-Fillandiż Ari Vatanen li huwa personalità magħrufa sew fil-qasam sportiv internazzjonali. Minbarra li rebaħ ir-rally Pariġi-Dakar erba’ darbiet, Vatanen kien ukoll champion tad-dinja tar-rally 1981 u l-1997 u ngħata l-Gregory Grant Award għas-suċċess li kiseb fil-karriera tiegħu fix-xena tal-isport tal-karozzi. Huwa ħadem ukoll fl-isfera politika permezz ta’ karigi fil-Parlament Ewropew f’diversi oqsma li jinkludu l-affarijiet barranin, trasport u turiżmu kif ukoll l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali u reġjonali. Ġew mistiedna wkoll ġurnalisti Taljani li ser ikunu qed isegwu dan l-avveniment f’Għawdex kemm permezz ta’ kitba f’ġurnali kif ukoll permezz ta’ filming.
L-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu għalGħawdex ħabbret li wħud mill-istabilimenti li joffru servizzi ta’ akkomodazzjoni f’Għawdex u li huma membri tagħha, ser ikunu qed joffru rati speċjali għal dawk il-Maltin u turisti li ser iqattgħu ljieli f’Għawdex bejn id-19 u l-21 ta’ Novembru li ġej.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Fuq proposta ta’ Malta, il-Pjan Ewropew għall-Kultura 2027–2030 jinkludi l-ħarsien tal-wirt kulturali taħt il-baħar

PR262001

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Fuq pr...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  IT audit: Review of the methodology for the compilation and updating of demographic statistics using multi-source administrative data

PR262000en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE IT audit: Review of the methodo...

More Press Releases Right arrow