DISKORS TAL-ONOR. JOE CASSAR, MINISTRU GĦAS-SAĦĦA L-ANZJANI U L-KURA FIL-KOMUNITA’, WAQT IL-PREMJAZZJONI TA’ ĊERTIFIKATI LILL-IMPJEGATI TAS-SESSJONI TAL-EMERGENCY AMBULANCE – SPTAR MATER DEI – L-ERBGĦA 27 TA’ OTTUBRU, 2010
pr1970
27/10/2010
| Il-bżonn li jingħata t-taħriġ | kienu ilu jinħass miż-żmien li konna għadna l-Isptar San Luqa fl-2005 meta l-management tal-isptar applika għall-fondi mill-Unjoni Ewropeja taħt l-iskema ta’ ‘European Social Funds’ biex jsir taħriġ immirat biex itejjeb il-livell tas-servizz, li s-Support Staff jagħti lill-klijent tagħna – il-Pazjent - li fuq kollox hu r-raġuni ewlenija għalxiex aħna impjegati. Intgħazel is-Support Staff, għax verament nemmnu li s-Support Staff hu importanti daqs kull impjegat ieħor fl-isptar. |
| Il-qadi tad-dmirijietkom | jirrikjedu responsabbilita’ u dedikazzjoni minħabba li hemm involut dirett saħħet il-pazjent. Il-pazjent jieħu l-ewwel impressjoni tal-isptar mill-kwalita’ tas-servizz li intom tagħtuh speċjalment meta tkunu qegħdin tassistu l-ekwipaġġ tal-Ambulanza f’postijiet tal-inċident. |
| Għalhekk twaqqaf kumitat biex | jorganizza program ta’ taħriġ bħala parti minn żvilupp professjonali kontinwu biex ntejbu l-kapaċitajiet tagħkom fuq il-post tax-xogħol, b’hekk tkunu iżjed mħarrġa biex tagħtu l-għajnuna meħtieġa lill-kollegi tagħkom l-infermiera u t-tobba bil-għan li nagħtu l-aqwa kura u servizz lill-pazjent. |
| Dan kien l-ewwel program ta’ | taħriġ li ġie idissinjat biex jaqdi l-funzjonijiet meħtieġa fil-qadi tad-dmirijiet tal-impjegati ġewwa s-sezzjoni tal-Emergency Ambulance. |
| Sar sforz kbir biex jiġi | organizzat dal-programm ta’ taħriġ speċjalment minħabba r-rosters tax-xogħol tagħkom kif ukoll l-attendanza ta’ numru ta’ impjegati li taw sehemhom biex kien possibli li intom tiġu mħarrġa kif kien neċessarju. |
| Dan il-kors ta’ taħriġ kellu żewġ | skopijiet, waħda kienet li jtejjeb il-ħiliet tal-impjegat bi skop li nwasslu l-pazjent fil-ħin u f’kundizzjoni stabbli lejn l-isptar kif ukoll jitħarrġu tajjeb l-impjegati fis-Saħħa u Sigurta’ fuq il-post tax-xogħol kemm fiżikament kif ukoll psikoloġikament. |
| Fost is-suġġetti li ġew trattati | waqt dan it-taħriġ kien hemm, lezzjonijiet fl-ewwel għajnuna, infection control, manual handling and lifting, communication skills, upkeep of the ambulance, on scene safety, fire safety, major disaster protocols u A & E orientation, defensive driving u assistenza fil-ġar u tqandil tal-pazjenti mill-helicopter lejn l-emerġenza. |
| Nixtieq nirringrazzja l-ewwel | nett lil dawk l-impjegati kollha li pparteċipaw bi ħġarhom waqt dan it-taħrig, lil dawk l-impjegati li taw is-sehem u l-ħin tagħhom max-xogħol li għandhom ta’ kuljum biex jagħtu t-tagħlim neċessarju u b’hekk ikun possibili li jitella’ dan il-kors ta’ taħriġ. Lill-Forzi Armati, Civil Protection, Kummissarju tal-Pulizija, lid-Direttorat tar-Riżorsi Umani partikolarment s-sessjoni tat-Taħrig li rrnexxielu jwaqqaf dan il-kors fejn sa issa attendew għalih kwazi mitt persuna li jaħdmu fil-qasam tad-Dipartiment tal-Emergency Ambulance. |
| Ir-riċerka li saret mill-kordinatur | tal-Qasam tat-Taħriġ ġewwa l-Isptar Mater Dei wriet li hija x-xewqa tagħkom l-impjegati li jsir iktar taħriġ fil-futur qarib. Riżultati minn din ir-riċerka wkoll wrew li l-impjegati kollha kienu kuntenti li attendew għat-taħriġ bil-għan li jtejbu l-kundizzjonijiet tal-pazjent fi triqtu lejn l-isptar. Minkejja d-diffikultajiet li intom tiltaqgħu magħhom fil-qadi tad-dmirijietkom minħabba n-natura tax-xogħol wieħed jista’ iżjed japprezza s-servizz tagħkom meta dan l-istħarrig wera’ li l-impjegati huma kollha kburin b’dan ix-xogħol u li jifformaw parti minn din l-organizazzjoni. |
| F’isem il-poplu Malti minn hawn | nirringrazzjakom tas-servizz siwi tagħkom u minn hawn nieħu l-opportunita’ biex ngħidilkom prosit talli temmejtu dan il-programm ta’ taħrig b’suċċess. |
GRAZZI
Other Press Releases:
PR262001
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Fuq pr...
PR262000en