Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR LAWRENCE GONZI, PRIM MINISTRU, FL-INAWGURAZZJONI TA’ SERVGROUP - L-IMRIEĦEL – L-ERBGĦA 27 TA’ OTTUBRU 2010

pr1969
Date Icon 27/10/2010

Sur Vassallo

Ħaddiema ta’ Servgroup

Sinjuri

Huwa ta’sodisfazzjon għalija li nkun magħkom illum biex flimkien niċċelebraw l-investiment ġdid li għamlet din il-kumpannija.
Minn dak li rajtdalgħodu u dak li smajt mingħand il-management u l-ħaddiema, is-suċċess ta’ din il-kumpannija hu mibni fuq tliet fatturi importanti – il-ħaddiema, l-investiment u l-flessibbiltà.  Elementi importanti mhux għal negozju biss imma anke għall-pajjiż.
Minkejja t-taqlibekonomiku li d-dinja kienet għaddejja minnu, pajjiżna kellu riżultati li huma aħjar minn ta’ pajjiżi oħra.  U fuq dawn il-kisbiet fassalna l-budget għas-sena d-dieħla biex inkomplu ninċentivaw il-ħolqien ta’ aktar postijiet tax-xogħol, ninvestu fl-edukazzjoni, fis-saħħa, fil-qasam soċjali u fl-ambjent.
B’rata ta’ 3.7%,Malta tirreġistra tkabbir ekonomiku akbar mill-medja tal-Unjoni Ewropea.  Bil-produzzjoni tiżdied u l-esportazzjoni tikber bi 33% kompla jiżdied ix-xogħol f’pajjiżna.  Malta għandha r-raba’ l-anqas rata ta’ qgħad fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.  U għaliex investejna fit-turiżmu rreġistrajna wkoll żieda ta’ 12% fit-turisti li ġew Malta.  Dawn huma r-riżultat ta’ deċiżjonijiet responsabbli, maturi u ta’ strateġija ekonomika ċara.
Il-budget ta’din is-sena huwa mmirat biex insostnu t-tkabbir ekonomiku.  Irridu nsaħħu l-kompetittività.  Irridu aktar negozji jkomplu jimirħu u jkattru x-xogħol għall-ħaddiema Maltin.
Il-Gvern jemmenfis-sidien tan-negozju.  Il-viżjoni u l-bżulija tagħkom twassal biex pajjiżna jkollu industrija b’saħħitha, kompettitiva u ta’ suċċess.  Xogħolna bħala Gvern hu li nkomplu noħolqu ambjent li jinċentiva l-investiment u ninċentivaw lill-investituri permezz ta’ skemi differenti.
Minn din is-senas-sidien ta’ kumpanniji żgħar u medji qed igawdu minn tnaqqis fl-income tax sa massimu ta’ €25,000 meta jinvestu u jimpjegaw aktar ħaddiema.  Din l-iskema ġiet estiża għas-sena d-dieħla wkoll.
F’nofs ix-xaharid-dieħel tagħlaq l-offerta għall-istituzzjonijiet finanzjarji għall-iskema MicroCredit.  Din se tkun skema ġdida oħra ta’ benefiċċju għas-sidien tan-negozji żgħar u medji.  €51 miljun se jkunu għad-dispożizzjoni tas-sidien biex jinvestu u dan billi jissellfu b’rati vantaġġużi u jkollhom bżonn anqas garanziji.
Fl-2011 se nkompluninvestu aktar fl-intraprendituri tagħna.  Min jinvesti biex itejjeb is-servizz jew il-prodott li joffri se jiffranka aktar income tax.  Se noffru skemi biex aktar intrapriżi jippenetraw swieq internazzjonali.  Irridu li aktar negozji jiġu megħjuna biex jesportaw, għaliex l-esportazzjoni tfisser aktar dħul, aktar negozju u possibbiltà ta’ aktar investiment u impjiegi.
Il-Gvern se jinvestif’aktar spazji moderni u ta’ kwalità.  Se ntejbu l-faċilitajiet biex l-SME’s jimpjegaw aktar ħaddiema f’postijiet ġodda.  Se jkun qed jiġi żviluppat hutment area f’Kordin għal 66 negozju, SME park għal 39 negozju f’Għawdex u se jinbeda programm ta’ titjib f’Kordin, Ħal Far, ix-Xewkija u Bulebel.  Dan minbarra l-Park għall-Avjazzjoni li se jkun lest kmieni s-sena d-dieħla.
Ir-riżorsa umanahija l-pedament ta’ kull negozju kif ukoll ta’ pajjiżna.  Is-suċċess ta’ dan il-pajjiż anke fil-mumenti ibsin huwa wkoll frott il-bżulija, il-ħiliet u l-flessibbiltà tal-ħaddiem Malti.  It-taħriġ tal-ħaddiema jibqa’ essenzjali fl-istrateġija għall-ħolqien tax-xogħol.  It-taħriġ  jiftaħ il-bibien għal aktar xogħol u xogħol aħjar.  Fl-2011 ħaddiema bil-paga minima li jitħarrġu, se jingħataw allowance ta’ €25 fil-ġimgħa.  Se nsaħħu u nżidu l-korsijiet ta’ taħriġ tal-ETC.  Bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena l-korsijiet ġew irduppjati u pparteċipaw 9,000 persuna, żieda ta’ 5,000 fuq is-sena ta’ qabel.
Bl-inċentivi li tal-Gvern, bl-investiment ġdid, bil-fiduċja tas-settur privat u bl-ottimiżmu lejn il-ġejjieni l-ETC fl-ewwel 9 xhur ta’ din is-sena kellha aktar minn 7,300 vacancy reġistrati magħha mingħand min iħaddem li kienu qegħdin ifittxu l-ħaddiema – 1,400 aktar mis-sena li għaddiet.

Sinjuri

Illum mhux bissqegħdin nassistu għall-ftuħ ta’ investiment ġdid imma wkoll għall-storja ta’ suċċess ta’ kumpanija Maltija.  Kumpanija li għax investiet fil-ħaddiema u fl-operat tagħha kompliet tikber u qed tagħmel xogħol anke barra minn Malta.
Filwaqt li nixtieqnirringrazzja lis-Sur Vassallo u lill-ħaddiema kollha tas-Servgroup, nawguralkom għall-ġejjieni.

Grazzi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Fuq proposta ta’ Malta, il-Pjan Ewropew għall-Kultura 2027–2030 jinkludi l-ħarsien tal-wirt kulturali taħt il-baħar

PR262001

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Fuq pr...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  IT audit: Review of the methodology for the compilation and updating of demographic statistics using multi-source administrative data

PR262000en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE IT audit: Review of the methodo...

More Press Releases Right arrow