Left arrow Mur Lura

Reklmar għal malta ma' aġenti tal-ivvjaġġar Russi

pr1966
Date Icon 27/10/2010
Fis-26 ta’ Ottubru,l-Ambaxxatur ta' Malta fir-Russja, is-Sur Charles Inguanez ġie mistieden jiftaħ Seminar organizzat minn BSI Group. BSI Group hija waħda mill-aġenziji tal-ivvjaġġar ewlenin Russi li għandhom uffiċini rappreżentattivi  madwar ir-Russja.
Il-laqgħa kienetindirizzata wkoll mir-rappreżentant tal-MTA f’Moska is-Sur Anthony Caruana li għamel preżentazzjoni ffokata fuq x’tista’ toffri Malta għat–turist Russu. Waqt li ta ħarsa ġenerali għall-possibilitajiet ta’ visa li r-Russi jistgħu jieħdu meta dawn iridu jiġu Malta, l-Ambaxxatur Inguanez spjega partikolarment il-visa li tingħata għal dawk il-persuni li jkunu jridu jiġu Malta għall-skopijiet ta’ studju. Din il-visa hekk msejħa ‘D Visa’, tippermetti lill-barranin li jibqgħu Malta għal aktar minn 90 ġurnata u tagħti l-possibilita’ wkoll lill-persuna kkonċernata biex toħroġ minn pajjiżna u żżur stati oħra tas-Schegen, daqs li kieku għandha ‘mulitple visa’ waqt li din tkun qed tistudja f”Malta. Għaldaqstant, studenti li jkunu qed jistudjaw f’Malta jistgħu jagħmlu użu minn din it-tip ta’ visa biex iżuru pajjiżi tas-Schengen ġirien meta l-programm ta’ studju tagħhom jippermetti. L-Ambaxxatur Inguanez estenda l-għajnuna tal-Ambaxxata speċjalment il-Konsulat  Malti f’Moska, lill-operaturi tal-ivvjaġġar preżenti, għal kull diffikulta’ li jista’ jkollhom fuq ‘issues’ ta’ studenti Russi li japplikaw biex jistudjaw f’Malta.
Is-Seminar ġiemniedi fis-Sala tal-Konferenzi tal-Biblijoteka Turgenev  fiċ-ċentru ta’ Moska u attendew għalih l-operaturi tal-ivvjaġġar li jisspeċjalizzaw fit-turiżmu edukattiv. Wara dan is-Seminar ta’ nofs ta’ nhar, il-parteċipanti ltaqgħu b’mod informali mal-Ambaxxatur Inguanez u r-rappreżentant tal-MTA, is-Sur Anthony Caruana, f’eżerċizzju ta’ skambju ta’ ideat fuq problemi relatati max-xogħol tagħhom.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Fuq proposta ta’ Malta, il-Pjan Ewropew għall-Kultura 2027–2030 jinkludi l-ħarsien tal-wirt kulturali taħt il-baħar

PR262001

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Fuq pr...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  IT audit: Review of the methodology for the compilation and updating of demographic statistics using multi-source administrative data

PR262000en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE IT audit: Review of the methodo...

Aktar Stqarrijiet Right arrow