Diskussjoni bejn il-Ministri tas-Sajd Ewropej dwar il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-laqgħa annwali tal-International Commission for the Conservation of Atlantic Tuna (ICCAT)
pr1964
26/10/2010
| Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, | George Pullicino illum ipparteċipa fil-Kunsill tal-Ministri tas-Sajd Ewropej. Il-Ministru Pullicino innota li r-rapport imressaq mill-kumitat xjentifiku tal-International Commission for the Conservation of Atlantic Tuna wera li r- riżultati tal-aħħar tliet snin huma pożittivi fir-rigward ta’ ammont ta’ stokk ta’ tonn. Il-Ministru Pullicino qal li dan hu riżultat tal-miżuri iebsin li ġew adottati matul l-aħħar snin u għalhekk ma jarax lok li l-Kummissjoni Ewropea tinsisti li għandu jkun hemm aktar tnaqqis fil-kwoti ta’ kull pajjiż. |
| Huwa | saħaq ukoll illi l-Kummisjoni Ewropea għandha tibqa’ marbuta mal-prinċipju li d-deċiżjonijiet għandhom ikunu ibbażati fuq ir-rakkomandazzjonijiet xjentifiċi. |
| Il-Ministru Pullicino qal li aktar tnaqqis | fil-kwoti, minbarra li mhux ġustifikat, ikollu wkoll impatti ekonomiċi sinifikanti. Hu qal li l-Unjoni Ewropea għandha tiżgura li tinżamm is-sistema attwali ta’ immaniġġjar imħaddma mill-ICCAT u tinsisti li l-partijiet kollha josservaw l-obbligi tagħhom. |
Other Press Releases:
PR262001
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Fuq pr...
PR262000en