Left arrow Mur Lura

SEJĦA GĦAL PROPOSTI TA’ PROĠETTI  TAĦT IL-FOND SOĊJALI  EWROPEW (FSE)

pr1963
Date Icon 26/10/2010
L-Awtorità ta’ Ġestjonif’Malta għall-Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013, id-Dipartiment għall-Ippjanar u l-Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet (PPCD) fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, tixtieq tgħarraf li qed tniedi sejħa għal proposti ta’ proġetti li se jkunu parzjalment iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea taħt il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) 2007-2013.
Applikanti eliġibblihuma mistiedna biex jibagħtu l-applikazzjonijiet tagħhom għall-proġetti li jaqgħu taħt l-Assi ta’ Prijorità li ġej tal-Programm Operattiv II: ‘Insaħħu Ħilitna għal Aktar Impjiegi u Kwalità ta` Ħajja Aħjar:’
Assi ta’ Prijorita’ 2: Ninvestu fl-Impjegabbiltàu l-Adattabbiltà tal-Ħaddiema

Is-Setturi Kollha.  Allokazzjoni Finanzjarja Totali: €10 miljuni.

Assi ta’ Prijorità 4: Insaħħu l-KapaċitajietIstituzzjonali u Amministrattivi
Is-SetturiKollha.  Allokazzjoni Finanzjarja Totali:  €13.5 miljun.

Is-sejħa hija miftuħa ukoll għall-Kunsilli Lokali u Għaqdiet mhux Governattivi (jew l-ekwivalenti). F’kull każ, l-organizzazzjoni għandha tkun ilha mwaqqfa minn tal-inqas SENA qabel id-data tat-tnedija tas-sejħa u l-bini fejn se jseħħ l-intervent għandu jkun proprjetà tal-organizzazzjoni li tapplika għall-fondi. F’każ ta’ Kunsilli Lokali, il-bini għandu jkun proprjetà tal-Kunsill jew inkella tal-Gvern.

ID-DATA tal-GĦELUQ tas-SEJĦA: il-ĠIMGĦA 3 TA’ DIĊEMBRU 2010 f’NOFSINHAR

Il-Programm Operattiv II, il-Formola tal-Applikazzjoni u n-Noti  ta’ Gwida jistgħu jinkisbu minn fuq il-paġna elettronika www.ppcd.gov.mt/calls_all. 

Għal aktar informazzjoni, applikanti prospettivi huma mistiedna li jirregistraw għal waħda mis-Sessjonijiet ta’ Informazzjoni għall-applikanti prospettivi li se jsiru f’Malta f’dawn id-dati:

·        Il-Ħamis 4 ta’ Novembru 2010 mid-9:00 am sa nofsinhar

·        It-Tlieta 9 ta’ Novembru 2010 mill-4.00 pm sas-7:00 pm

Il-Formola ta’ Reġistrazzjoni tista’ tinkiseb minn fuq: www.ppcd.gov.mt/calls_all u għandha tintbagħat lil Sur Roger Mamo fuq roger.mamo@gov.mt sa mhux aktar tard minn nofsinhar tal-Ħamis 28 ta’ Ottubru 2010. Il-postijiet huma limitati u għaldaqstant se jkunu riservati skont min japplika l-ewwel. In-numru ta’ parteċipanti minn kull organizzazzjoni jista’ jkun ristrett skont il-bżonn.

Aktar informazzjoni dwar din is-sejħa jew fuq il-Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013 jista’ jinkiseb mis-Servizz ta’ Għajnuna online tal-PPCD: info.ppcd@gov.mt.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  IT audit: Review of the methodology for the compilation and updating of demographic statistics using multi-source administrative data

PR262000en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE IT audit: Review of the methodo...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA  IT Audit: Review of the methodology for the compilation and updating of demographic statistics using multi-source administrative data

PR262000

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA IT Audit: Review of the me...

Aktar Stqarrijiet Right arrow