SEJĦA GĦAL PROPOSTI TA’ PROĠETTI TAĦT IL-FOND SOĊJALI EWROPEW (FSE)
| L-Awtorità ta’ Ġestjoni | f’Malta għall-Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013, id-Dipartiment għall-Ippjanar u l-Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet (PPCD) fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, tixtieq tgħarraf li qed tniedi sejħa għal proposti ta’ proġetti li se jkunu parzjalment iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea taħt il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) 2007-2013. |
| Applikanti eliġibbli | huma mistiedna biex jibagħtu l-applikazzjonijiet tagħhom għall-proġetti li jaqgħu taħt l-Assi ta’ Prijorità li ġej tal-Programm Operattiv II: ‘Insaħħu Ħilitna għal Aktar Impjiegi u Kwalità ta` Ħajja Aħjar:’ |
| Assi ta’ Prijorita’ 2: Ninvestu fl-Impjegabbiltà | u l-Adattabbiltà tal-Ħaddiema |
Is-Setturi Kollha. Allokazzjoni Finanzjarja Totali: €10 miljuni.
| Assi ta’ Prijorità 4: Insaħħu l-Kapaċitajiet | Istituzzjonali u Amministrattivi |
| Is-Setturi | Kollha. Allokazzjoni Finanzjarja Totali: €13.5 miljun. |
Is-sejħa hija miftuħa ukoll għall-Kunsilli Lokali u Għaqdiet mhux Governattivi (jew l-ekwivalenti). F’kull każ, l-organizzazzjoni għandha tkun ilha mwaqqfa minn tal-inqas SENA qabel id-data tat-tnedija tas-sejħa u l-bini fejn se jseħħ l-intervent għandu jkun proprjetà tal-organizzazzjoni li tapplika għall-fondi. F’każ ta’ Kunsilli Lokali, il-bini għandu jkun proprjetà tal-Kunsill jew inkella tal-Gvern.
ID-DATA tal-GĦELUQ tas-SEJĦA: il-ĠIMGĦA 3 TA’ DIĊEMBRU 2010 f’NOFSINHAR
Il-Programm Operattiv II, il-Formola tal-Applikazzjoni u n-Noti ta’ Gwida jistgħu jinkisbu minn fuq il-paġna elettronika www.ppcd.gov.mt/calls_all.
Għal aktar informazzjoni, applikanti prospettivi huma mistiedna li jirregistraw għal waħda mis-Sessjonijiet ta’ Informazzjoni għall-applikanti prospettivi li se jsiru f’Malta f’dawn id-dati:
· Il-Ħamis 4 ta’ Novembru 2010 mid-9:00 am sa nofsinhar
· It-Tlieta 9 ta’ Novembru 2010 mill-4.00 pm sas-7:00 pm
Il-Formola ta’ Reġistrazzjoni tista’ tinkiseb minn fuq: www.ppcd.gov.mt/calls_all u għandha tintbagħat lil Sur Roger Mamo fuq roger.mamo@gov.mt sa mhux aktar tard minn nofsinhar tal-Ħamis 28 ta’ Ottubru 2010. Il-postijiet huma limitati u għaldaqstant se jkunu riservati skont min japplika l-ewwel. In-numru ta’ parteċipanti minn kull organizzazzjoni jista’ jkun ristrett skont il-bżonn.
Aktar informazzjoni dwar din is-sejħa jew fuq il-Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013 jista’ jinkiseb mis-Servizz ta’ Għajnuna online tal-PPCD: info.ppcd@gov.mt.
Other Press Releases:
PR262001
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Fuq pr...
PR262000en