AVVIŻ PRELIMINARI DWAR SEJĦA GĦAL PROPOSTI TA’ PROĠETTI TAĦT IL-FOND EWROPEW GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI (FEŻR)
| L-Awtorità ta’ Ġestjoni | f’Malta għall-Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013, id-Dipartiment għall-Ippjanar u l-Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet (PPCD) fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, tixtieq tgħarraf li fil-ġimgħat li ġejjin se tniedi sejħa għal proposti ta’ proġetti li se jkunu parzjalment iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) 2007-2013. |
| Applikanti | eliġibbli se jkunu mistiedna jibagħtu l-applikazzjonijiet tagħhom għall-proġetti li jaqgħu taħt l-Assi ta’ Prijorità li ġej tal-Programm Operattiv I ‘Ninvestu fil-Kompetittività għall-Kwalità ta’ Ħajja Aħjar’: |
| Assi ta’ | Prijorità 6: Riġenerazzjoni Urbana u Titjib fil-Kwalità tal-Ħajja |
| Settur: | Mobilità Interna – Din is-sejħa li ġejja hi maħsuba għal proposti ta’ proġetti innovattivi maħsuba sabiex tonqos id-domanda għall-użu ta’ mezzi privati ta’ trasport, mingħajr ma tiġi mnaqqsa l-aċċessibilità. Se tingħata konsiderazzjoni partikulari lil proposti li jippreżentaw inizjattivi fuq livell nazzjonali, li jistgħu jiffaċilitaw il-bidla fil-mezzi u għal mezzi alternattivi ta’ trasport li huma sostenibbli u effiċjenti. L-inizjattivi jistgħu jinkludu sistemi intelliġenti ta’ trasport, azzjonijiet li jinkuraġġixxu l-użu ta’ trasport urban nadif u trasport multi-modali. L-inizjattivi kollha għandu jkollhom il-bażi tagħhom fl-istrateġiji u l-politika nazzjonali rilevanti. |
| Il-baġit indikattiv għal | din is-sejħa huwa ta’ €10 miljuni. Applikanti prospettivi huma mħeġġa jinnotaw li l-proposti m’għandhomx jeċċedu l-baġit stipulat. Din is-sejħa hija ristretta għall-proġetti li ma jinvolvux implikazzjonijiet ta’ għajnuna mill-Istat BISS. |
It-tnedija tas-sejħa nnifisha kif ukoll id-dettalji dwar is-Sessjonijiet ta’ Informazzjoni relatati se jiġu ppublikati fil-ġimgħat li ġejjin u se jkunu disponibbli fuq il-paġna elettronika tal-PPCD: www.ppcd.gov.mt/calls_all. Il-Formola tal-Applikazzjoni u d-dokumenti relatati mas-sejħa (inkluż il-lista ta’ azzjonijiet eliġibbli) se jkunu aċċessibbli fuq din l-istess paġna, ladarba tiġi mnedija s-sejħa.
Sadanittant, aktar informazzjoni u dokumentazzjoni ġenerali jistgħu jinkisbu minn fuq is-sit elettroniku tal-PPCD: www.ppcd.gov.mt jew billi tintbagħat email fuq info.ppcd@gov.mt.
Dan huwa avviż preliminari li qed isir sabiex jagħti aktar żmien għat-tħejjija tal-proġetti.
Other Press Releases:
PR262001
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Fuq pr...
PR262000en