Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR. JOE CASSAR, MINISTRU TAS-SAĦĦA U L-ANZJANI U L-KURA FIL-KOMUNITA’, WAQT IL-PREMJAZZJONI TAL-KAMPANJA EWROPEA DWAR SIGURTA` FIL-MANUTENZJONI – DAR IL-MEDITERRAN GĦALL-KONFERENZI - VALLETTA – 26/10/2010

pr1960
Date Icon 26/10/2010
Ħafna drabi, metanitkellmu fuq is-Saħħa u s-Sigurta’ fuq il-Post Tax-Xogħol nassumu li l-ksur tar-regolamenti huwa riżultat ta’ traskuraġni min-naħa tal-ħaddiema nfushom. Din il-ġimgħa stess, f’waħda mill-gazzetti lokali rajna, għal darb’oħra, ritratti ta’ ħaddiema jagħmlu xogħol perikoluż mingħajr ebda protezzjoni ta’ xejn! Jekk jiġri xi ħaġa lil dawn il-ħaddiema, min se jieħu r-responsabilita’? Il-ħaddiema nfushom? Il-kuntrattur? Min qabbadhom jagħmlu x-xogħol?
L-iktarħaġa li tinkwetani b’mod personali mhijiex ir-risposta għal dawn il-mistoqsijiet. Pjuttost huwa aspett ieħor tal-problema. Jekk, barra minn fuqhom, dawn il-ħaddiema, jitilfu ħajjithom, min se jsabbar lill-familja? Min se jgħajjex lill-ulied? Kif qatt nistgħu npoġġu prezz jew valur fuq il-ħajja u l-konsegwenzi serji li n-nuqqas ta’ sigurta’ fuq il-post tax-xogħol tista’ ġġib magħha.
Bħalmanafu, l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol, mhumiex biss fis-settur tal-bini, għalkemm dawn jagħtu ħafna fil-għajn u ħafna drabi jkollhom konsegwenzi koroh ħafna. Fil-fatt statistika riċenti turi li ħaddiema li jaħdmu fil-manutenzjoni huma esposti għal perikli serji ħafna.
Il-manutenzjoni regolari hija essenzjali biexit-tagħmir, il-magni u kull apparat ieħor jinżamm jiffunzjona tajjeb u f’ambjent tax-xogħol ħieles mill-periklu.  In-nuqqas ta’ manutenzjoni jew manutenzjoni li ma tkunx saret kif suppost, tista` twassal għal sitwazzjonijiet perikolużi, inċidenti u problemi serji ta’ saħħa.
Il-manutenzjoni hija attivita` b’risku għoli ta’periklu li jirriżulta mill-istess natura tax-xogħol.  Infatti, statistika miġbura mill-Ewropa kollha turi li bejn 15 u 20 fil-mija tal-inċidenti kollha u bejn 10 u 15 fil-mija tal-inċidenti fatali huma relatati ma’ operazzjonijiet ta` manutenzjoni.  Dan juri biċ-ċar li l-ħaddiema fil-qasam tal-manutenzjoni, jinsabu f’riskju akbar minn ħaddiema oħra.
Skontstandards Ewropej, il-manutenzjoni tiġbor flimkien dawk l-azzjonijiet tekniċi, amminstrattivi u maniġerjali kollha li jikkontribwixxu biex “il-ħajja” tal-oġġett tinżamm fi stat tajjeb jew jiġi rranġat għal stat funzjonabbli.
Il-manutenzjoni hija importanti ħafna sabiex tiġiżgurata l-produttivita` kontinwa fil-produzzjoni ta` prodotti ta` kwalita’ għolja u sabiex tinżamm il-kompetittivita’ tal-kumpanija.  Fl-istess ħin il-manutenzjoni tista’ tkun attivita’ b’riskju għoli għall- ħaddiema u għal dawk il-persuni li jkunu preżenti fuq il-post tax-xogħol.
Illumninsabu hawn sabiex nippremjaw lil min jagħti attenzjoni speċjali fil-qasam tal-manutenzjoni. Dan il-premju huwa wieħed mill-ħafna inizzjattivi li tippromwovi l-Aġenzija Ewropea bħala parti mill-kampanja dwar is-sigurta’ fuq il-postijiet tax-xogħol.  Din is-sena t-tema ta` dan il-premju hija – KAMPANJA EWROPEA DWAR SIGURTA` FIL-MANUTENZJONI.
Intrapriżi jew organizzazzjonijiet li fuq il-posttax-xogħol identifikaw u implimentaw xi miżuri innovattivi ta’ manutenzjoni mingħajr periklu, ġew mitluba biex jibagħtu is-sottomissjonijiet tagħhom. Dawn ġew klassifikati f’żewġ tipi:

·        Manutenzjoni preventiva jew proattiva – li issir biex iżżomm xi ħaġa fi stat li taħdem tajjeb.

·        Manutenzjoni korrettiva jew reattiva – it-tiswija ta` xi ħaġa biex terġa’ tibda taħdem.

Dawkl-eżempji ta’ sigurta’ fil-manutenzjoni li ġew magħżula minn panel indipendenti issa ġew nominati għall-Premju Ewropew għall-prattika tajba. Hija din il-prattika tajba li għandna nkomplu nippromwovu u mhux nikkundannaw (jekk mhux nitkażaw) bil-prattika ħażina.
Nisperali dawk li se jiġu ppremjati llum ikunu ta’ eżempju ħaj għal kull min jaħdem fis-settur tal-manutenzjoni u fil-qasam tax-xogħol in ġenerali. Ejja ma nħallux li jiġru iktar inċidenti fejn jiddispjaċina li ma ħadniex il-prekawzjonijiet neċessarji. Ejja ma naslux fl-istat li ngħidu “li kieku”, għax kif jgħid il-Malti, “li kieku kien qatt ma kien”.
Nieħudin l-opportunita’ biex nawgura lin-nominati kollha, lir-rebbieħa, lill-Awtorita’ tas-Saħħa u s-Sigurta’ fuq il-post tax-xogħol, u lil kull min jaħdem biex jinħoloq ambjent tax-xogħol b’saħħtu fejn is-serħan il-moħħ jingħata prijorita’.

Grazzi

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Fuq proposta ta’ Malta, il-Pjan Ewropew għall-Kultura 2027–2030 jinkludi l-ħarsien tal-wirt kulturali taħt il-baħar

PR262001

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Fuq pr...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  IT audit: Review of the methodology for the compilation and updating of demographic statistics using multi-source administrative data

PR262000en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE IT audit: Review of the methodo...

More Press Releases Right arrow