Dinjita’ għall-Vittmi tal-Vjolenza Domestika
| Riċentement 128 | professjonist spiċċaw programm ta’ taħriġ speċjalizzat dwar il-vjolenza domestika u dwar l-opportunitajiet ta’ impjiegi għall-vittmi tal-vjolenza domestika. It-taħriġ kien organizzat mill-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika, bħala parti mill-proġett bl-isem “Dignity for Domestic Violence Survivors”, li parti minnu hu finanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew. Il-proġett jinkludi wkoll studju ta’ prevalenza – li dalwaqt jitlesta – kif ukoll kampanja nazzjonali ta’ għarfien. |
| L-għan tal-proġett hu li | jindirizza l-fenomenu ta’ vittimizzazzjoni addizzjonali li jsofru l-vittmi tal-vjolenza domestika, inter alia, permezz ta’ ineffettività istituzzjonali li twassal biex jitħallew barra mis-suq tax-xogħol. Dan iwassalhom biex isiru aktar dipendenti (normalment fuq l-aggressur tagħhom) u b’hekk għal darb’oħra jerġgħu jidħlu fiċ-ċirku tal-vjolenza. Il-proġett qed jitwettaq taħt l-Assi Prijoritajri III – Promozzjoni ta’ Suq tax-Xogħol Ugwali u Inklużiv. |
| Il-vjolenza domestika | taffettwa s-self-esteem tal-individwi li żżommhom milli jidħlu jew jimxu ’il quddiem fis-suq tax-xogħol. Il-vjolenza domestika hija wkoll kwistjoni tas-sessi, minħabba li l-maġġoranza ta’ dawn il-vittmi huma nisa. Bħal gruppi żvantaġġati, il-vittmi tal-vjolenza domestika jeħtieġu investiment fl-infrastuttura soċjali biex jiġu integrati effettivament u miżmuma fi ħdan is-suq tax-xogħol, u li finalment dan għandu jwassal biex ikunu jistgħu jagħmlu progress u jkunu finanzjarjament indipendenti. |
| Il-Vjolenza Domestika | hija att kriminali li jdgħajjef id-dritt tal-bniedem għall-ħajja u għall-integrità fiżika u psikoloġika. Dan mhux biss jaffettwa lil min kellu esperjenza ta’ vjolenza domestika iżda wkoll lill-membri l-oħra tal-familja, inkluż it-tfal. Il-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika ħadet diversi inizjattivi biex tindirizza dan il-fenomenu li jinkludi l-enfasi dwar il-ħtieġa ta’ inter professional approach li jħares lejn il-prevenzjoni u li l-problema tiġi individwata fil-bidu. |
Għal dan it-taħriġ, attendew numru ta’ ħaddiema fil-qasam tal-vjolenza domestika u x-xelters, professjonisti mill-qasam tal-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa, avukati u membri mill-korp tal-pulizija, u ħaddiema soċjali ġeneriċi. Waqt dan it-taħriġ, ġew diskussi diversi aspetti relatati mal-vjolenza domestika minn Antoinette Gatt Rutter, filwaqt li Anna Borg iffukat fuq l-opportunitajiet ta’ xogħol għal dawk li joħorġu minn esperjenza ta’ vjolenza domestika. Patrick Psaila mexxa l-workshops li l-għan tagħhom kien li jinkoraġġixxi l-professjonisti u l-aġenziji biex jaħdmu aktar flimkien. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jara www.domesticviolence.gov.mt.
Other Press Releases:
PR262001
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Fuq pr...
PR262000en