Left arrow Mur Lura

REĠISTRU ELETTORALI PPUBBLIKAT FIL-GAZZETTA TAL-GVERN

pr1957
Date Icon 26/10/2010
Il-Kummissjoni Elettorali tinforma lil kulħadd ligħadu kemm ġie ppublikat ir-Reġistru Elettorali rivedut għall-Elezzjonijiet Ġenerali u għall-Kunsilli Lokali kif ukoll ir-Reġistru Elettorali tal-Unjoni Ewropea fil-Gazzetta tal-Gvern tat-22 ta’ Ottubru, 2010.  Kull min kellu l-kwalifiki meħtieġa biex ikun reġistrat bħala votant skont id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali (Kap.354), u/jew skont l-Att dwar Kunsilli Lokali (Kap.363) u/jew skont l-Att dwar l-Elezzjoni għall-Parlament Ewropew (Kap.467), sad-data tal-għeluq, it-30 ta’ Settembru, 2010, u ismu ma ġiex inkluż fir-Reġistru rispettiv u kull votant li ismu, l-indirizz jew xi partikolaritajiet tiegħu m’humiex murija b’mod korrett, għandu, skont l-artikolu  39 tal-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali, sa nhar il-Ġimgħa t-12 ta’ Novembru, 2010, sabiex jagħmel appell lill-Uffiċjal Reviżur biex ismu jiġi nkluż jew issirlu korrezzjoni fil-partikolaritajiet tiegħu fir-reġistru elettorali rispettiv.
Kullvotant reġistrat li:-
1.   Jgħidli, minħabba xi raġuni legali, l-isem ta’ xi persuna għandu jinqata’ barra mir-reġistru għax din m’għandhiex il-kwalifiki meħtieġa; jew
2.   Jgħidli l-isem, l-indirizz jew xi partikolaritajiet oħra rispettivi ta’ xi persuna m’humiex murija b’mod korrett fir-reġistru;
jista’wkoll, skont l-artikolu 40 tal-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali jagħmel appell għal dan il-għan lill-Uffiċjal Reviżur, sa nhar il-Ġimgħa, t-12 ta’ Novembru, 2010.
Kullpersuna li tixtieq tagħmel appell lill-Uffiċjal Reviżur tista’ tikseb għajnuna mill-Uffiċċju Elettorali.  Kulħadd huwa mfakkar dwar l-importanza li jivverifika li ismu ġie nkluż fir-Reġistru Elettorali.  Jekk dan ma jsirx jista’ jiġri li persuna ma tkunx intitolata għall-vot meta jsiru elezzjonijet, kemm Ġenerali kif ukoll għall-Kunsilli Lokali, Kumitati Amministrativi tal-Komunitajiet, għall-Parlament Ewropew jew Referenda.
Listatal-persuni kollha reġistrati bħala votanti fir-Reġistru tal-Kunsilli Lokali qed tkun mqegħda fl-Uffiċċji rispettivi tal-Kunsilli Lokali u fl-Għases tal-Pulizija.  Min jixtieq jara r-Reġistru tal-Elezzjonijiet Ġenerali u tal-Unjoni Ewropea jista’ jarahom fl-Uffiċċju Elettorali.  Ir-Reġistru jkun ukoll għall-bejgħ mid-Dipartiment tal-Informazzjoni bħala volumi jew fuq cd.
Ta’ minjinnota li Uffiċjal Reviżur jista’ jordna li l-isem ta’ xi persuna jiġi nkluż, jew li ssir korrezzjoni ta’ isimha, l-indirizz jew xi partikolaritajiet oħra tagħha fir-Reġistru jew li titħassar ir-reġistrazzjoni tagħha mir-reġistru minkejja li ma tkun saret ebda applikazzjoni minn qabel lill-Kummissjoni għal dak il-għan.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  IT audit: Review of the methodology for the compilation and updating of demographic statistics using multi-source administrative data

PR262000en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE IT audit: Review of the methodo...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA  IT Audit: Review of the methodology for the compilation and updating of demographic statistics using multi-source administrative data

PR262000

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA IT Audit: Review of the me...

Aktar Stqarrijiet Right arrow