Left arrow Mur Lura

DONAZZJONI TA’ KOTBA LILL-ISKOLA TAL-MUŻIKA

pr1956
Date Icon 26/10/2010
L-OnorStephen Spiteri, l-Assistent Parlamentari fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, irċieva għotja ta’ kotba dwar il-mużika li se jitpoġġew fil-Librerija tal-Iskola tal-Mużika Johann Strauss, fil-Belt Valletta.
Id-donazzjoni saret mis-Sur Richard Mill, DeputyHead of Mission tal-Ambaxxata Amerikana f’Malta, f’isem l-Ambaxxatur Amerikan li kien indispost.
F’ċerimonja qasira li għaliha attendew studenti,għalliema, il-Kap tal-Iskola Marica Bugeja u d-Direttur għat-Tagħlim Tul il-Ħajja Mario Azzopardi, l-Assistent Parlamentari rringrazzja lill-Ambaxxata Amerikana għal din id-donazzjoni importanti.
Hufaħħar l-impenn tal-Iskola tal-Mużika u d-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja, li issa firxu t-tagħlim tal-mużika f’diversi lokalitajiet. Din l-inizjattiva tant kienet suċċess li żdiedu ferm l-applikazzjonijiet ta’ dawk li jixtiequ jibdew jistudjaw il-mużika f’din l-iskola.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  IT audit: Review of the methodology for the compilation and updating of demographic statistics using multi-source administrative data

PR262000en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE IT audit: Review of the methodo...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA  IT Audit: Review of the methodology for the compilation and updating of demographic statistics using multi-source administrative data

PR262000

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA IT Audit: Review of the me...

Aktar Stqarrijiet Right arrow