DONAZZJONI TA’ KOTBA LILL-ISKOLA TAL-MUŻIKA
pr1956
26/10/2010
| L-Onor | Stephen Spiteri, l-Assistent Parlamentari fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, irċieva għotja ta’ kotba dwar il-mużika li se jitpoġġew fil-Librerija tal-Iskola tal-Mużika Johann Strauss, fil-Belt Valletta. |
| Id-donazzjoni saret mis-Sur Richard Mill, Deputy | Head of Mission tal-Ambaxxata Amerikana f’Malta, f’isem l-Ambaxxatur Amerikan li kien indispost. |
| F’ċerimonja qasira li għaliha attendew studenti, | għalliema, il-Kap tal-Iskola Marica Bugeja u d-Direttur għat-Tagħlim Tul il-Ħajja Mario Azzopardi, l-Assistent Parlamentari rringrazzja lill-Ambaxxata Amerikana għal din id-donazzjoni importanti. |
| Hu | faħħar l-impenn tal-Iskola tal-Mużika u d-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja, li issa firxu t-tagħlim tal-mużika f’diversi lokalitajiet. Din l-inizjattiva tant kienet suċċess li żdiedu ferm l-applikazzjonijiet ta’ dawk li jixtiequ jibdew jistudjaw il-mużika f’din l-iskola. |
Other Press Releases:
PR262001
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Fuq pr...
PR262000en