KAMPANJA TA’ TILQIM KONTRA L-INFLUWENZA 2010
pr1952
25/10/2010
| Id-Dipartiment tas-Saħħa | Primarja jixtieq jinforma lill-pubbliku li l-vaċċin kontra l-influwenza staġjonali qiegħed jingħata u dawk kollha li huma intitolati għal dan il-vaċċin jistgħu jmorru jitlaqqmu fid-diversi Ċentri tas-Saħħa. |
| It-tilqim jista’ jittieħed miċ-Ċentri tas-Saħħa | kollha bejn l-10.30 ta’ filgħodu u s-1.00 ta’ wara nofsinhar mit-Tnejn sal-Ġimgħa u bejn l-10.00 ta’ filgħodu sa nofsinhar tas-Sibt. |
| Għall-konvenjenza tan-nies, it-tilqima tista’ | titieħed wara nofsinhar bejn l-4.00 ta’ wara nofsinhar u s-7.00 ta’ filgħaxija, mit-Tnejn sas-Sibt fiċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Floriana, Mosta u Raħal il-Ġdid. |
| Id-Dipartiment jirrakkomanda li l-vaċċin għandu | jittieħed minn: |
| 1. Persuni | li huma rikoverati jew li jgħixu f’istituzzjonijiet |
| 2. Persuni | li għandhom aktar minn 55 sena |
| 3. Persuni | li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa |
| 4. Persuni | ta’ kull età li jbatu minn mard kroniku tal-Pulmun, Qalb, Fwied, Kliewi, Ażma u Dijabete u dawk li huma Immunodefiċenti |
U għall-ewwel darba:
5. Tfal bejn sitt xhur u l-erba’ snin
| Dawk | il-persuni li huma inkluzi f’xi waħda minn dawn il-kategoriji huma intitolati li jieħdu il-vaċċin mingħajr ħlas fiċ-Ċentru tas-Saħħa tagħhom. |
| Il-pubbliku huwa mitlub jikkopera mad-Dipartiment | billi jmur għat-tilqim fil-ħinijiet imsemmija, jieħdu magħhom il-Karta ta’ l-Identità, u f’każ ta’ persuni li għandhom inqas minn 55 sena u jbatu mill-mard kroniku msemmi, jieħdu ukoll il-kartuna s-safra jew ċertifikat tat-tabib li jikkonferma li qed ibatu minn dan il-mard. |
| Nies li | huma rikoverati fis-sodda huma mitluba li jċemplu l-uffċċju tal-MMDNA fuq dan in-numru 21387526 mit-Tnejn sas-Sibt bejn il-11.00 u n-12.30 u bejn is-2.00 u t-3.30 ta’ wara nofsinhar ħalli t-tilqima tingħata fid-dar tagħhom. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262000en
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE IT audit: Review of the methodo...
PR262000