L-Arċisqof Mons. Pawl Cremona jżur id-Dipartiment tal-Proprjeta’ tal-Gvern
pr1935
22/10/2010
| Is-Segretarju | Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet, l-Onor. Jason Azzopardi illum laqa’ lill-ET Monsinjur Arċisqof Pawl Cremona fid-Dipartiment tal-Proprjeta’ tal-Gvern, fil-Berġa tal-Baviera, l-Belt Valletta. |
| F’kelmtejn tal-okkażjoni, | l-Onor. Jason Azzopardi qal li Mons. Pawl Cremona huwa l-ewwel Arċisqof li żar dan il-bini kemm ilu jilqa’ fih id-Dipartiment tal-Proprjeta’ tal-Gvern. Huwa feraħ lill-Monsinjur Arċisqof li laqa’ l-istedina tiegħu biex jiċċelebra Quddiesa għall-ħaddiema tal-Government Property Division (GPD). |
| Qabel il-Quddiesa, d-Direttur | Ġenerali tal-GPD, Alfred Bezzina ippreżenta donazzjoni li ġabru bejniethom il-ħaddiema, biex l-Arċisqof jgħaddiha lid-Dar tal-Provvidenza. Il-ħaddiema ppreżentaw lill-Arcisqof, l-emblema tiegħu maħduma bl-idejn minn wieħed mill-ħaddiema tal-istess taqsima. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003