Left arrow Mur Lura

Qafas Legali li jpoġġi lin-negozji ż-żgħar fiċ-ċentru tal-attenzjoni

pr1926
Date Icon 22/10/2010

Il-Gvern ma jehda qatt ifittex il-ġid tan-negozji ż-żgħar f’pajjizna.  Dan għax bil-fatti jemmen li dan is-settur huwa is-sinsla tal-ekonomija, il-pulmun tal-pajjiż.   Dan qalu is-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet Jason Azzopardi illum waqt it-tnedija tal-perjodu ta’ konsultazzjoni pubblika b’rabta mal-Att dwar in-Negozji Żgħar.

Il-Gvern illum qed jippublika il-White Paper għall-Att dwar in-Negozji Żgħar, li huwa maħsub biex inkomplu nagħtu l-attenzjoni meħtieġa ‘l dan is-settur. It-tnedija saret fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u għaliha kien hemm preżenti rappreżentanti mill-entitajiet li jiffurmaw il-Kunsill Konsultattiv dwar l-Intrapriża.

Dan huwa pass ieħor f’mixja ta’ inizzjattivi konkreti tal-Gvern, li joħolqu l-ambjent ideali għal dan is-settur.  Fl-imgħoddi il-Gvern wettaq tnaqqis fir-rati tar-reġistrazzjoni għall-SMEs,  ħoloq numru kbir ta’ skemi permezz tal-Malta Enterprise maħsbuba biex jgħinu l-intrapriżi l-iżjed żgħar jikbru,  ħoloq l-iskema tal-Micro Invest li permezz tagħha negozji żgħar jieħdu rifuzjoni tat-taxxa fuq kull ewro investiment li jagħmlu fin-negozju tagħhom,  u ħaddem €25 miljun f’fondi ERDF mill-Unjoni Ewropea li marru kollha għand negozji żgħar u medji.

Dawn l-inizzjattivi huma parti minn politika li qed tinċentiva l-investiment, toħloq ix-xogħol u tagmel suċċess.  Dan joħroġ minn statistika tal-NSO li turi li fl-2009, twaqqfu 4,666 negozju ġdid.  Iz-zieda fin-negozji tohrog iżjed biċ-ċar meta wieħed jara medda ta’ iżjed snin.

Daqs

Impjegati

Total 2001

Total 2009

Zieda

Zieda %

Micro

0-9

42,057

63,835

21,778

52%

Żgħar

10-49

1,222

1,432

210

17%

Medji

50-249

276

320

44

16%

Kbar

250+

60

67

7

12%

Total

43,615

65,654

22,039

51%

Bejn l-2001 u l-2009 twaqqfu 22,039 negozju ġdid.  Din hija żieda ta’ 51%.  52% ta’ dawn kienu negozji micro.  Dan jixhed il-fiduċja tal-intraprenditur, speċjalment dak żgħir fl-ekonomija.  Għalhekk jeħtieġ li ngħinu lill-operatur SME jimraħ iżjed.

B’mod konkret, qal Jason Azzopardi, permezz ta’ din il-liġi, il-Gvern ser jimponi fuqu nnifsu u fuq l-entitajiet li jkollhom x’jaqsmu magħhom l-SMEs, miżuri li jiżguraw li jkunu ‘small business friendly’.

Fost l-oħrajn din il-White Paper ser tkun qed tipproponi:

SME test li trid tgħaddi minnu kull liġi ġdida  li jkollha impatt fuq l-SMEs, biex jiġi żgurat li ma jkollhiex impatt negattiv fuq l-intrapriżi speċjalment żgħar. Dan it-test jiżgura, li kull liġi ġdida li tgħaddi mill-Parlament tkun SME-friendly.

Perjodu stand-still, bejn il-pubblikazzjoni ta’ kull liġi ġdida li teffetwa l-SMEs u l-implimentazzjoni tagħha.  Dan ifisser li meta tgħaddi liġi mill-parlament, din tidħol fis-seħħ xaharejn wara, biex in-negozji żgħar ikunu jistgħu jaġġornaw ruħhom, u jieħdu l-miżuri neċessarji biex jilqgħu għall-bidliet li tkun ser iġġib dik il-liġi ġdida.

Pubblikazzjoni ta’ linji gwida faċli li tifimhom fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ kull liġi ġdida li teffetwa l-SMEs.  Għalhekk il-liġi issa jkun jista’ jifimha kulħadd, u mhux l-avukati biss.  Dan jiffaċilita li in-negozji żgħar jifhmu x’inhu mistenni minnhom.

Korp konsultattiv dedikat speċifikament għall-intrapriża li jassisti l-Gvern fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika għal dan il-qasam. 

Kulleġġ ta’ regolaturi li jagħti pariri lill-Gvern dwar il-politika regolatorja għas-settur.  Fost l-oħrajn, dan il-kulleġġ ser ikollu l-għan li jnaqqas burokrazija żejda speċjalment għan-negozji l-iżjed żgħar, kif ukoll iwassal għal armonizazzjoni bejn is-servizzi li jużaw dawn l-intrapriżi.  Dan ser iwassal għal amministrazzjoni aħjar permezz ta’ inqas burokrazija.

Surveys independenti u regolari  għal entitajiet pubbliċi, speċjalment dawk li jkollom x’jaqsmu magħhom spiss l-SMEs, dwar is-servizz li huma joffru lill-klijenti SME tagħhom.  Dan sabiex jiġi żgurat li dawn l-entitajiet jibqgħu jaqdu ‘l SMEs b’mod effiċjenti.

Ġabra tal-informazzjoni kollha neċessarja għan-negozji żgħar f’post wieħed li jkun faċilment aċċessibbli online.  Dan jippermetti referenza  iżjed faċli u ta’ ħeffa, għal din l-informazzjoni mill-operaturi SME.

Kodici ta’ Etika - Jitħeġġu l-entitajiet li jirrappreżentaw l-SMEs f’pajjiżna, jaddottaw kodiċi ta’ etika.

Is-Segretarju Parlamentari saħaq li din il-liġi hija l-pass konkret li jmiss biex nagħmlu l-ħajja tal-intraprendituri tagħna iżjed faċli.  Ser tgħinhom ikunu konformi mal-Liġi stess, u għalhekk jonqsilhom ix-xogħol burokratiku żejjed, biex ikollhom iżjed ħin x’jiddedikaw biex ikabbru l-ħidma tagħhom, ikattru l-investiment u joħolqu x-xogħol.

Jason Azzopardi tenna li għal darb’oħra il-Gvern qed jerġa’ jkun pijunier bil-fatti, permezz ta’ politika li tpoġġi fiċ-ċentru tal-attenzjoni lin-negozji żgħar tagħna.  Dan il-Gvern tassew jemmen f’dan is-settur, u jrid jaraħ jimraħ sabiex jinħoloq iktar xogħol.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  IT audit: Review of the methodology for the compilation and updating of demographic statistics using multi-source administrative data

PR262000en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE IT audit: Review of the methodo...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA  IT Audit: Review of the methodology for the compilation and updating of demographic statistics using multi-source administrative data

PR262000

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA IT Audit: Review of the me...

Aktar Stqarrijiet Right arrow