STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI
L-Oppożizzjoni taħbi r-realtà ekonomika dinjija
L-istqarrija tal-Onor. Sammut tkompli turi l-livell baxx ta’ Oppożizzjoni maqtugħa mir-realta’. Din l-istqarrija tiegħu, tkompli tikxef il-qerq tal-Oppożizzjoni li taħbi dak li qed jiġri madwar id-dinja u tinqeda b’sitwazzjonijiet bħalma hu l-għoli internazzjonali tal-ġwież għal skopijiet ta’ politika partiġjana rħisa. L-Onor. Sammut fl-istqarrija tiegħu implika b’mod żbaljat li l-għoli fil-prezz tal-qamħ u ċ-ċerejali huwa riżultat tal-politika tal-Gvern u li qisu ma żdiedx fid-dinja. Fl-istess waqt jgħid li f’Malta l-prezz għola għaliex hawn min qed jisraq u jabbuża. Ir-realtà hi li l-prezz internazzjonali jkollu impatt fuq Malta.
| Huwa tal-iskantament | kif il-kelliem ewlieni tal-Oppożizzjoni dwar il-biedja ma jafx x’qed ikun ikkomunikat mill-Kummmissjoni Ewropea dwar dan is-suġġett. Flimkien ma’ din l-istqarrija qed ikunu ippubblikati żewġ tabelli maħruġa mill-istess Kummissjoni l-ġimgħa li għaddiet sabiex l-Oppożizzjoni tagħraf iċ-ċaqlieq tal-prezzijiet fis-suq internazzjonali. Il-Gvern jinsab f’kuntatt kontinwu mal-Koperattivi u l-importaturi taċ-ċereali dwar din is-sitwazzjoni. |
| L-istqarrija | tal-Oppożizzjoni tkompli tikkonferma għal darb’ oħra kemm l-oppożizzjoni moħħha biss biex tilgħab għall-gallarija. Jekk il-kelliem tal-Oppożizzjoni għandu xi soluzzjoni l-Gvern lest li jisma’. |
Other Press Releases:
PR262000en
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE IT audit: Review of the methodo...
PR262000