IL-PRESIDENT GEORGE ABELA IŻUR L-ISKEJJEL SEKONDARJI U PRIMARJI STATALI KOLLHA F’GĦAWDEX
pr1922
21/10/2010
| “L-importanza meħtieġa | li tingħata lill-iskejjel tagħna twassal sabiex tiggarantixxi futur sabiħ lil pajjiżna” – dan qalu l-President George Abela fi tmiem ta’ numru ta’ żjarat li għamel fl-iskejjel statali sekondarji u primarji kollha f’Għawdex din il-ġimgħa bħala parti mill-programm ta’ żjarat fl-iskejjel kollha ta’ Malta u Għawdex fil-Presidenza tiegħu. |
| Din id-darba kien imiss | għall-istudenti tal-iskejjel statali fi ħdan il-Kulleġġ ta’ Għawdex sabiex jiltaqgħu mal-President ta’ Malta hekk kif tul il-ġurnata tat-Tlieta u tal-lum il-Ħamis, l-istudenti u l-għalliema dedikati tagħhom ħejjew programmi varjati bħala wirja tat-tagħlim ħolistiku li jeżisti fl-iskejjel. Meta assista għal kant, qari ta’ poeżiji, drama u animazzjoni mħejjija mill-istudenti b’diversi temi bħall-ambjent u l-altruiżmu, il-President Abela esprima s-sodisfazzjon tiegħu li jara l-istudenti ta’ kull età jipparteċipaw f’attivitajiet bħal dawn fejn iridu jwarrbu l-mistħija u jiffaċċjaw udjenza. Hu kkummenta ukoll meta ra l-istudenti tal-Iskola kollha jipparteċipaw biex żgur ħadd ma jitħalla barra. |
| Meta żar l-iskejjel | Primarji, il-President Abela sostna l-importanza ta’ din il-fażi tal-edukazzjoni – livell li minnu jibda kollox u li fih żgur is-sistema edukattiva m’għandhiex tfalli. Il-President Abela innota wkoll il-parteċipazzjoni tas-Sindki u xi drabi anke tar-rappreżentanti tal-parroċċi, kif ukoll tal-ġenituri. Dawn kollha flimkien jaħdmu u jissapportjaw l-istess skejjel – din turi karatteristika li teżisti fl-irħula Għawdxin, dik ta’ sens qawwi ta’ komunita`. |
| Fl-iskejjel kollha li | żar f’Għawdex, il-President George Abela gie ippreżentat b’donazzjoniiet għall-Malta Community Chest Fund. Hu faħħar inizjattivi bħal dawn li b’hekk qed irawmu l-valur tal-altruiżmu fihom. F’kull skola l-President Abela irregala sett ta’ kotba li ġew offruti lilu meta żar il-Bastiment “Logos Hope” li kien f’Malta ftit tal-ġranet ilu. Hija l-intenzjoni tal-President Abela li jqassam sett ta’ kotba f’kull skola li jżur. |
| Il-President George | Abela irringrazzja lill-Prinċipal tal-Kulleġġ ta’ Għawdex Chev. Frank Gatt li f’dawn il-jumejn kien qed jakkumpanjah fiż-żjarat tiegħu u awguralu sabiex jibqa’ jkompli fil-ħidma tiegħu b’tant dedikazzjoni lejn l-istudenti u t-tagħlim. L-iskejjel li żar huma dawk primarji ta’ Għajnsielem, Xewkija, Sannat, ir-Rabat, Ħaż-Żebbuġ, San Lawrenz, Għarb, Kerċem, Nadur, Xagħra u Qala filwaqt li żar l-iskola sekondarja tal-bniet fir-Rabat kif ukoll skola li qed tospita l-istudenti subien tas-sekondarja tagħha f’bini ġdid fir-Rabat fejn hawn kien akkumpanjat ukoll mill-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262000en
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE IT audit: Review of the methodo...
PR262000