Left arrow Go Back

IL-PRESIDENT GEORGE ABELA IŻUR L-ISKEJJEL SEKONDARJI U PRIMARJI STATALI KOLLHA F’GĦAWDEX

pr1922
Date Icon 21/10/2010
“L-importanza meħtieġali tingħata lill-iskejjel tagħna twassal sabiex tiggarantixxi futur sabiħ lil pajjiżna” – dan qalu l-President George Abela fi tmiem ta’ numru ta’ żjarat li għamel fl-iskejjel statali sekondarji u primarji kollha f’Għawdex din il-ġimgħa bħala parti mill-programm ta’ żjarat fl-iskejjel kollha ta’ Malta u Għawdex fil-Presidenza tiegħu.
Din id-darba kien imissgħall-istudenti tal-iskejjel statali fi ħdan il-Kulleġġ ta’ Għawdex sabiex jiltaqgħu mal-President ta’ Malta hekk kif tul il-ġurnata tat-Tlieta u tal-lum il-Ħamis, l-istudenti u l-għalliema dedikati tagħhom ħejjew programmi varjati bħala wirja tat-tagħlim ħolistiku li jeżisti fl-iskejjel. Meta assista għal kant, qari ta’ poeżiji, drama u animazzjoni mħejjija mill-istudenti b’diversi temi bħall-ambjent u l-altruiżmu, il-President Abela esprima s-sodisfazzjon tiegħu li jara l-istudenti ta’ kull età jipparteċipaw f’attivitajiet bħal dawn fejn iridu jwarrbu l-mistħija u jiffaċċjaw udjenza. Hu kkummenta ukoll meta ra l-istudenti tal-Iskola kollha jipparteċipaw biex żgur ħadd ma jitħalla barra.
Meta żar l-iskejjelPrimarji, il-President Abela sostna l-importanza ta’ din il-fażi tal-edukazzjoni – livell li minnu jibda kollox u li fih żgur is-sistema edukattiva m’għandhiex tfalli. Il-President Abela innota wkoll il-parteċipazzjoni tas-Sindki u xi drabi anke tar-rappreżentanti tal-parroċċi, kif ukoll tal-ġenituri. Dawn kollha flimkien jaħdmu u jissapportjaw l-istess skejjel – din turi karatteristika li teżisti fl-irħula Għawdxin, dik ta’ sens qawwi ta’ komunita`.
Fl-iskejjel kollha liżar f’Għawdex, il-President George Abela gie ippreżentat b’donazzjoniiet għall-Malta Community Chest Fund.  Hu faħħar inizjattivi bħal dawn li b’hekk qed irawmu l-valur tal-altruiżmu fihom. F’kull skola l-President Abela irregala sett ta’ kotba li ġew offruti lilu meta żar il-Bastiment “Logos Hope” li kien f’Malta ftit tal-ġranet ilu. Hija l-intenzjoni tal-President Abela li jqassam sett ta’ kotba f’kull skola li jżur.
Il-President GeorgeAbela irringrazzja lill-Prinċipal tal-Kulleġġ ta’ Għawdex Chev. Frank Gatt li f’dawn il-jumejn kien qed jakkumpanjah fiż-żjarat tiegħu u awguralu sabiex jibqa’ jkompli fil-ħidma tiegħu b’tant dedikazzjoni lejn l-istudenti u t-tagħlim.  L-iskejjel li żar huma dawk primarji ta’ Għajnsielem, Xewkija, Sannat, ir-Rabat, Ħaż-Żebbuġ, San Lawrenz, Għarb, Kerċem, Nadur, Xagħra u Qala filwaqt li żar l-iskola sekondarja tal-bniet fir-Rabat kif ukoll skola li qed tospita l-istudenti subien tas-sekondarja tagħha f’bini ġdid fir-Rabat fejn hawn kien akkumpanjat ukoll mill-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  IT audit: Review of the methodology for the compilation and updating of demographic statistics using multi-source administrative data

PR262000en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE IT audit: Review of the methodo...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA  IT Audit: Review of the methodology for the compilation and updating of demographic statistics using multi-source administrative data

PR262000

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA IT Audit: Review of the me...

More Press Releases Right arrow