Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAR-RIŻORSI U AFFARIJIET RURALI

pr1899
Date Icon 18/10/2010
Leo Brincat kontra l-kompetizzjonifis-suq
Il-Gvern bil-kontra tal-Opposizzjonijinkoraġġixxi t-twaqqif ta’ kumpaniji li jaħdmu sabiex ikun isseparat aktar l-iskart li jigi generat f’pajjiżna.
Il-Gvern jerġa jtenni kif intqalfl-istqarrija preċedenti li dejjem ikkonsulta mal-entitajiet kollha li joperaw u li kienu nteressati li joffru s-servizz ta’ separazzjoni tal-iskart.  Il-konsultazzjoni kienet issir anki ma’ dawk li kienu nteressati li jidhlu fis-suq, peress li kwalunkwe żvilupp kien se jkollu effett fuq l-operat tas-settur.  Minhabba li Leo Brincat ma jridx kompetizzjoni, ma riedx li l-Gvern jikkonsulta ma’ kulhadd.
Il-Ministeru għar-Riżorsi ul-Afarijiet Rurali bħal kulħadd, kien infurmat li għaddej il-proċess mal-MEPA fuq l-applikazzjoni ta’ Green MT. Dan hu process pubbliku u trasparenti.  L-Onor Brincat qed jgħawweġ id-diskors meta jgħid li l-kumpanija ‘ma kienitx kisbet il-permessi mehtiega’.  Il-kumpanija kienet għada fil-proċess biex tikseb il-permess u mhux ma kienetx kisbitu. Dan juri kif l-Onor Brincat hu nieqes minn sens ta’ tmexxija ġusta li tagħraf tikkonsulta ma’ kulħadd biex ikun garantit futur sostenibbli f’settur li għadu qed jikber.
L-Onor Brincat imissu jaf bħalaex-Ministru tal-Finanzi, li l-WasteServ għanda data speċifika biex tissottometti l-kontijiet finanzjarji tagħha, liema data għadha ma skadietx. Għaldaqstant il-WasteServ ma wettqitx xi nuqqas kif qed jipprova jallega l-Onor Brincat.
Bl-attakki tiegħu fuq Green MT,l-Onor Brincat  qed juri biċ-ċar li l-Oppozizzjoni jattakka korpi kostitwiti u kumpaniji tagħhom meta u fejn jaqbillu.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  “Meta nappoġġjaw persuna b’diżabilità, irridu nkunu hemm għall-familja kollha” – Il-Ministru Julia Farrugia

PR261993

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

PR261992

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

Aktar Stqarrijiet Right arrow