Opportunità oħra għal min jixtieq scholarship biex jikseb l-ewwel Degree
pr1897
18/10/2010
| Id-Direttorat | għat-Tagħlim Tul il-Ħajja fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja qed jerġa’ jiftaħ, għal żmien limitat, is-sejħa għall-Boroż ta’ Studju “undergraduate” fl-iskema tal-Malta Government Scholarships Scheme (MGSS). |
| Kulmin se jibda jew diġa’ | beda l-istudji tiegħu li jwassluh għall-ewwel grad universitarju (Livell 6 fuq il-Malta Qualifications Framework) jista’ japplika sat-Tnejn, l-1 ta’ Novembru, 2010. Kull kors ma jistax jibda wara l-31 ta’ Jannar 2011. |
| Persuni li applikaw taħt | din l-istess skema maħruġa aktar kmieni din is-sena u li għalqet fis-17 ta’ Settembru, 2010 m’għandhomx għalfejn jerġgħu japplikaw. Applikanti oħra li ppreżentaw l-applikazzjoni wara din id-data, iridu jerġgħu japplikaw biex it-talba tagħhom tkun ikkunsidrata. |
| Permezz ta’ din l-iskema, | l-Gvern qed ikompli jestendi l-għajnuna tiegħu lil dawk l-istudenti Maltin u Għawdxin li jixtiequ jistudjaw biex jakkwistaw gradi ta’ baċċillieri minn istituzzjonijiet lokali u barranin ta’ reputazzjoni u fl-istess ħin igawdu mill-benifiċċji finanzjarji li għandhom studenti universitarji Maltin li qed jistudjaw fl-Universita ta’ Malta. |
Ir-Regolamenti flimkien mal-formola tal-Applikazzjoni jinstabu fuq is-sit elettroniku http://www.education.gov.mt/mgss_ug.htm.
| F’każ ta’ diffikulta, | wieħed jista’ jċempel fuq in-numru 2598 2250 jew jibgħat imejl lil ugscholarships.meef@gov.mt. L-applikazzjonijiet jridu jaslu fl-Uffiċċju tal-Customer Care, Direttorti tal-Edukazzjoni, Triq l-Assedju l-Kbir, il-Furjana sat-Tnejn, l-1 ta’ Novembru, 2010 f’nofsinhar (ħin ta’ Malta). |
| Fis-sejħa li għalqet | f’Settembru li għadda, id-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja rċieva 142 applikazzjoni. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261993
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...
PR261992