L-amministrazzjoni tal-finanzi tal-pajjiżi Ewropej diskussa fil-Lussemburgu
pr1894
18/10/2010
| Il-Ministru tal-Finanzi, | l-Ekonomija u Investiment, l-Onor. Tonio Fenech, jinsab fil-Lussemburgu, fejn se jipparteċipa fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi tal-Unjoni Ewropea (ECOFIN) u l-laqgħa tal-Grupp tal-Ewro (Eurogroup). Fil-Lussemburgu se ssir ukoll laqgћa tat-TaskForce, imwaqqaf mill-President tal-Kunsill, Herman Van Rompuy. |
| Il-Ministru Tonio Fenech | huwa akkumpanjat mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, Alfred Camilleri u mir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta gћall-Unjoni Ewropea, Richard Cachia Caruana. |
| Waqt il-Eurogroup, li se | jattendi gћalih ukoll il-Kummissarju Ewropew gћall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, Olli Rehn, il-Ministri tal-Finanzi Ewropej se jkomplu jiddiskutu l-aћћar żviluppi dwar l-istabbilità finanzjarja fiż-żona ewro fid-dawl tal-problemi finanzjarji li sabu ruћhom bosta Stati Membri, wara li esperjenzaw żidiet konsiderevoli fir-rata tad-defiċit u d-dejn tagћhom. |
| Fit-taskforce, | il-Ministri se jkomplu jiddiskutu l-proposti li saru biex ikun hemm regolamentazzjoni aktar stretta, fid-dawl tal-Patt ta’ Stabbilità u Tkabbir, bl-gћan li tkun assigurata s-sostenibbiltà u l-kredibilità tal-finanzi pubbliċi fid-dawl tar-rati gћoljin ta’ defiċits f’bosta Stati Membri tal-UE. |
| Il-Ministri se jћejju | wkoll gћas-Summit tal-G20 li se jsir f’Seoul fil-11 u t-12 ta’ Novembru, summit li mistenni jiffoka fuq il-qagћda ekonomika globali u fuq il-pjan ta’ azzjoni li gћandu jiġi adattat fil-Qafas gћat-Tkabbir Ekonomiku. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261993
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...
PR261992