Left arrow Mur Lura

Stqarrija tal-gvern b’risposta ghal dak li qal illum l-Onorevoli Roderick Galdes

pr1889
Date Icon 16/10/2010
Mhux se jigi mcahhad id-dritttal-appell.  Il-Bord tal-Appell se jisma l-appell u jaghmel rakkomandazzjoni
Mhux veru li qed jigi mcahhadid-dritt ta’ appell, kif allega d-deputat laburista Roderick Galdes fi stqarrija li hareg illum.
Lanqas mhu minnu li se jkun il-PrimMinistru li jiddeciedi dwar l-appell, izda se jkun il-Bord tal-Appell tal-Izvilupp li se jisma l-appell u wara jaghmel ir-rakkomandazzjoni lill-Kabinet.
Mhux veru lanqas li l-Prim Ministrukiteb lill-MEPA l-bierah.  Ghal kuntrarju l-ittra ilha li ntbaghtet minn Lulju li ghadda.
Il-ligi ilha ghal diversi snin,taghti dritt lill-Gvern li appell minn applikazzjoni ta’ sinifikat strategiku u ta’ zvilupp nazzjonali jigi referut lill-Kabinett wara li jkun sar process estensiv u nstema l-appell quddiem il-Bord tal-Appell tal-Izvilupp.  Il-Bord jisma l-partijiet li jkunu ghamlu l-appell u wara jaghmel ir-rakkomondazzjoni tieghu, li tigi referuta lill-Kabinett.  Din ir-rakkomandazzjoni tkun pubblika u disponsibbli ghall-pubbliku.  Il-Kabinett janalizza r-rakkomandazzjoni u jasal ghall-konkluzjoni u li wkoll tkun pubblika.
Hu ghajb li d-deputat laburista, lihu impjegat tal-MEPA, li qieghed fuq il-Bord tal-MEPA u li hu l-kelliem tal-Oppozizzjoni dwar il-MEPA jaghmel interpretazzjoni hazina ta’ dak li tghid il-ligi.  Id-deputat laburista wasal ghal konkluzjoni zbaljata meta qal li qed jigi “mcahhad id-dritt ta' appell xieraq”, “bla konsultazzjoni u bla ma jisma’”, ghaliex fil-fatt se jkun il-Bord li jisma l-appell u wara jaghmel ir-rakkomandazzjoni skont il-ligi.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  “Meta nappoġġjaw persuna b’diżabilità, irridu nkunu hemm għall-familja kollha” – Il-Ministru Julia Farrugia

PR261993

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

PR261992

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

Aktar Stqarrijiet Right arrow