Left arrow Mur Lura

IMNEDIJA L-YOUTH DAYS TAL-ETC

pr1887
Date Icon 16/10/2010

Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ (ETC) illum nediet il-Youth Days li ser jittellg­­ħu mit-Tlieta, 19 ta’ Ottubru sal-Ħadd, 24 ta’ Ottubru 2010 fuq il-Fosos tal-Furjana. Preżenti għat-tnedija uffiċjali tal-Youth Days, li saret fi Pjazza San Ġorg, il-Belt kien hemm l-Onor. Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, li f’diskors tal-okkażjoni tkellem fuq l-impenn tal-Gvern permezz tal-ETC fil-ħolqien tax-xogħol. Hu sostna li x-xogħol huwa l-aqwa mod ta’ solidarjeta’ u żied li skont statistika maħruġa mill-ETC, f’Awwissu ta’ din is-sena r-rata ta’ persuni li qed jirreġistraw għall-impjieg li għandhom l-età bejn is-16 u d-29 sena naqset b’500 persuna meta kkumparata mal-istess xhar tas-sena li għaddiet. Tnaqqis ta’ 3%.

YouthDay oħra ser tiġi organizzata l-Ġimgħa, 29 ta’ Ottubru 2010 fir-Rabat Għawdex. Il-Youth Days tal-ETC huma parti minn proġett ko-finanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew jismu FSE 3.60 – Youth Employment Programme (YEP).
Il-YouthDays tal-ETC ser ikollhom 7 tined differenti, palk, wall climbing u pont magħmul minn injam u ħabel. Permezz tat-tinda tal-workshops, l-ETC ser tkun qed tipprova toħloq iżjed għarfien fost parteċipanti fuq l-opportunitajiet ta’ taħriġ u xogħol disponibbli għalihom. Numru ta’ organizzazzjonijiet volontarji ġew mistiedna biex jipparteċipaw f’din l-attività sabiex joffru ż-żgħażagħ bl-esperjenza li huma tant għandhom bżonn u li min iħaddem għandu t-tendenza li jfittex meta jħaddem liż- żgħażagħ. F’tinda oħra, parteċipanti jistgħu jiksbu informazzjoni fuq is-servizzi offruti mill-YEP, prinċipalment servizzi ta’ gwida tal-karrieri, u servizzi ta’ psikologu professjonali u occupational therapist.
Sezzjonital-Youth Days ser tkun iddedikata għall-kreattività taż-żgħażagħ. Diversi opri tal-arti magħmula miż-żgħażagħ ser ikunu eżibiti, waqt li parteċipanti jistgħu joħolqu opra tal-arti fuq is-sit. It-tinda tal-isport hi fejn iż-żgħażagħ ser jiksbu aktar informazzjoni fuq il-benefiċċji li tkun fiżikament attiv u fit. Tinda oħra importanti tal-Youth Days ser tkun il-Jobs and Chill Out Zone fejn parteċipanti jistgħu jiksbu informazzjoni fuq id-diversi xogħlijiet disponibbli fis-suq tax-xogħol lokali. Parteċipanti tal-Youth Days ser ikollhom l-opportunità li jiltaqgħu ma’ ħaddiema fi professjonijiet u xogħlijiet differenti sabiex isiru jafu l-esperjenzi tal-ħajja reali tagħhom dwar karrieri u xogħlijiet partikolari. Iż-żgħażagħ ser jiksbu l-informazzjoni kollha li għandhom bżonn dwar x’inhu rikjest għal karrieri u xogħlijiet partikolari. Mock interviews ser ikunu organizzati fuq is-sit, li jippermettu liż-żgħażagħ jesperjenzaw kif iħossuhom matul intervista tax-xogħol u wkoll biex ikunu jafu x’tip ta’ mistoqsijiet min iħaddem jistaqsi waqt intervisti tax-xogħol.
Tindaoħra ser tkun iddedikata għal librerija u l-ICT fejn iż-żgħażagħ ser ikunu f’kuntatt dirett ma’ numru ta’ kittieba, illustrationists u speċjalisti tal-IT. Ser ikun hemm ukoll display ta’ diversi ġeneri ta’ kotba u numru ta’ notebooks li l-parteċipanti jistgħu jużaw matul il-Youth Days. Divertiment minn bands lokali, gruppi tal-jazz dance, gruppi tal-break dancing, jugglers u DJ’s popolari ser ikun provdut fuq il-palk. Beat boxing ser ikun organizzat ukoll.
L-għanewlieni tal-Youth Employment Porgramme hu li jg­ħin liż-żgħażagħ jagħmlu għażliet infurmati permezz ta’ żieda fl-aċċess ta’ informazzjoni fuq is-servizzi ta’ gwida tal-karrieri li huma disponibbli għalihom, korsijiet ta’ taħriġ u s-suq tax-xogħol. Il-programm jimmira li jiffaċilita l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ f’taħriġ wara edukazzjoni obbligatorja u li jgħammarhom bil-motivazzjoni u l-ħiliet meħtieġa sabiex wieħed jidħol, iżomm u jimxi ‘l quddiem fid-dinja tax-xogħol. Barra minn hekk, il-YEP ser joħloq iżjed għarfien fost iż-żgħażagħ fuq id-drittijiet u r-responsabilitajiet fuq il-post tax-xogħol.
Għalaktar informazzjoni dwar il-Youth Days, żuru is-sit tal-YEP www.youth.org.mt jew ikkuntattjaw il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ b’email fuq yep.etc@gov.mt jew fuq in-numru tat-telefon 2220 1224.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  “Meta nappoġġjaw persuna b’diżabilità, irridu nkunu hemm għall-familja kollha” – Il-Ministru Julia Farrugia

PR261993

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

PR261992

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

Aktar Stqarrijiet Right arrow