STQARRIJA MILL-MINISTERU TAR-RIŻORSI U AFFARIJIET RURALI
pr1884
15/10/2010
| B’reazzjoni għall-istqarrija tal-Onor | Leo Brincat |
| Kif jaf l-Onor Brincat kull sena | l-kontijiet awditjati tal-Wasteserv jiġu ppreżentati lill-Awtorita’ tas-Servizzi Finanzjarji kif stipulat fil-Att li jirregola l-kumpaniji. Dawn l-accounts huma pubbliċi u aċċessibbli mill-istess Awtorita’. L-accounts awdidjati tal-Wasteserv ma jitressqux fil-Parlament iżda jingħataw lil din l-Awtorita’ kif tipprovdi l-liġi. |
| Minkejja li dan hu kollu pubbliku | l-Onor Brincat jibqa’ jirrepeti l-istess ħaġa, minkejja li jingħata t-tweġibiet mitluba u minkejja li jaf li l-accounts huma aċċessibbli u pubbliċi. |
| Huwa ta’ għajb għall-Onor Brincat u | għall-Oppożizzjoni li flok jinkoraġġixxu t-twaqqif ta’ kumpaniji li jaħdmu sabiex ikun isseparat aktar skart f’pajjiżna, qiegħed jipprova jfixkel u jilgħab bil-fatti. Il-Gvern dejjem ikkonsulta mal-entitajiet kollha li joperaw u joffru dan is-servizz anki ma’ kumpaniji li kienu għaddejjin fil-proċess mal-MEPA biex jiksbu l-liċenzja tagħhom. Ta’ min jgħid li dan kien isir peress li kwalunkwe żvilupp kien se jkollu effett fuq l-operat tas-settur. Tant hu hekk illi l-entitajiet imsemmija fl-istqarrija tal-Onor Brincat mhux l-ewwel darba li ltaqgħu wkoll bejniethom biex jiddiskutu l-operat tagħhom. Dan jikkoferma kemm l-Onor Brincat bl-istqarrijiet tiegħu qed juri li qed ikun hu li ‘qed jagħti konsiderazzjonijiet xierqa lil servizzi ta’ kumpanija partikolari fl-immaniġġjar tal-iskart’. |
| l-arranġamenti finanzjarji bejn | il-Wasteserv, il-Green Mt u l-GreenPak jinsabu fi stadju avvanzat biex jiġu konklużi u peress li l-kumpaniji jaħdmu fuq bażi kummerċjali d-dokument ikun ippubblikat ġaladarba jintlaħaq il-ftehim. Il-Gvern diġa wieġeb għal dan fil-Parlament fejn b’mod ċar intqal ; “illi l-WasteServ Malta Ltd kienet ħejjiet abbozz ta’ proposta li ġiet sottomessa liż-żewġ skemi u diskussa mar-rappreżentanti tagħhom. Il-proposta kienet ibbażata fuq il-fatt li l-WasteServ tista’ tkun service provider għall-dawn l-iskemi. It-taħditiet mal-iskemi baqgħu javvanzaw, saħansitra il-WasteServ tipprovdi servizz ta’ sorting u esportazzjoni ta’ skart riċiklat għall-Green MT u Green Pak fuq bażi kummerċjali skond il-proposta oriġinali.” |
| L-Oppożizzjoni qed tgħid li għandha | għal qalba l-protezzjoni tal-ambjent. Biss il-Gvern jistieden lill-Oppożizzjoni biex mill-kliem tgħaddi għall-fatti. L-Oppożizzjoni għandha tippublika l-proposti tagħha dwar l-ewwel revizjoni dwar l-istrateġija tal-iskart wara li kien twaqqaf grupp ta’esperti kif imwiegħed mill-Kap tal-Oppożizzjoni f’Jannar tas-Sena 2009. Wieħed jistenna li f’dawn il-proposti, jekk verament sar il-kumitat u għamel xi proposti, l-Oppożizzjoni turi kif qed tipproponi hi li pajjiżna jilħaq il-miri tar-riċiklaġġ. Minkejja li għadda dan iż-żmien kollu l-Oppożizzjoni baqgħet ma resqet l-ebda proposta. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261993
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...
PR261992