STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, EKONOMIJA U INVESTIMENT
pr1883
15/10/2010
IL-FOR.UM MA RESSAQ L-EBDA PROPOSTI GĦALL-BUDGET
| Minkejja | dak li qal is-Segretarju tal-FOR.UM Paul Pace, din l-għaqda sa llum għada ma preżentat l-ebda proposti għall-budget li jmiss. Dan kuntrarju ta’ diversi għaqdiet u assoċjazzjonijiet inkluż tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem li għamlu l-proposti f’isem min jirrappreżentaw. Il-Ministeru jittama li l-FOR.UM jippreżenta l-proposti tiegħu biex imbagħad tkun tista’ ssir laqgħa mal-Ministru dwar is-suġġerimenti tal-FOR.UM. |
| Il-politika ta’ dan il-Gvern hi li jinħoloq aktar | xogħol u xogħol aħjar għall-ġid tal-ħaddiema. Il-politika li faħħar is-Segretarju tal-FOR.UM li ġiet implimentata mill-Gvernijiet Laburisti bejn l-1971 u l-1987, kienet politika li biha ħaddiema marru lura fejn inħolqu korpi biex il-ħaddiema jaħdmu taħt dixxiplina militari, tnaqqis fid-drittijiet tal-ħaddiema, iffriżar tal-pagi u rekord ta’ qgħad. |
| Fl-aħħar | xhur meta id-dinja kienet għaddejja minn kriżi finanzjarja u ekonomika, il-Gvern kien impenjat u ħa inizjattivi biex jitħarsu l-impjiegi bi skemi u inizjattivi differenti. Dan wassal biex 2,500 impjieg fil-fabbriki ġew salvati, u tnaqqas il-qgħad. Ittieħdu inizjattivi biex jiżdied aktar l-investiment f’Malta u jiżdiedu t-turisti li jżuru pajjiżna biex jinħoloq aktar xogħol għall-ħaddiema. Fl-istess waqt ħaddiema f’setturi differenti ngħataw ukoll żidiet b’riżultat tal-ftehim kollettiv, inkluż ħaddiema rappreżentanti mill-FOR.UM. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261993
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...
PR261992