Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, EKONOMIJA U INVESTIMENT

pr1883
Date Icon 15/10/2010

IL-FOR.UM MA RESSAQ L-EBDA PROPOSTI GĦALL-BUDGET

Minkejjadak li qal is-Segretarju tal-FOR.UM Paul Pace, din l-għaqda sa llum għada ma preżentat l-ebda proposti għall-budget li jmiss. Dan kuntrarju ta’ diversi għaqdiet u assoċjazzjonijiet inkluż tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem li għamlu l-proposti f’isem min jirrappreżentaw. Il-Ministeru jittama li l-FOR.UM jippreżenta l-proposti tiegħu biex imbagħad tkun tista’ ssir laqgħa mal-Ministru dwar is-suġġerimenti tal-FOR.UM.
Il-politika ta’ dan il-Gvern hi li jinħoloq aktarxogħol u xogħol aħjar għall-ġid tal-ħaddiema.  Il-politika li faħħar is-Segretarju tal-FOR.UM li ġiet implimentata mill-Gvernijiet Laburisti bejn l-1971 u l-1987, kienet politika li biha ħaddiema marru lura fejn inħolqu korpi biex il-ħaddiema jaħdmu taħt dixxiplina militari, tnaqqis fid-drittijiet tal-ħaddiema, iffriżar tal-pagi u rekord ta’ qgħad.
Fl-aħħarxhur meta id-dinja kienet għaddejja minn kriżi finanzjarja u ekonomika, il-Gvern kien impenjat u ħa inizjattivi biex jitħarsu l-impjiegi bi skemi u inizjattivi differenti.  Dan wassal biex 2,500 impjieg fil-fabbriki ġew salvati, u tnaqqas il-qgħad.  Ittieħdu inizjattivi biex jiżdied aktar l-investiment f’Malta u jiżdiedu t-turisti li jżuru pajjiżna biex jinħoloq aktar xogħol għall-ħaddiema.  Fl-istess waqt ħaddiema f’setturi differenti ngħataw ukoll żidiet b’riżultat tal-ftehim kollettiv, inkluż ħaddiema rappreżentanti mill-FOR.UM.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  “Meta nappoġġjaw persuna b’diżabilità, irridu nkunu hemm għall-familja kollha” – Il-Ministru Julia Farrugia

PR261993

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

PR261992

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

More Press Releases Right arrow