Imniedi ktieb ġdid dwar l-Arti għall-għalliema Paripatetiċi
pr1882
15/10/2010
| Illum ġie mniedi | proġett innovattiv għall-għalliema paripatetiċi fl-iskejjel primarji. Il-proġett jikkonsisti fi ktieb magħmul minn ġabra ta’ lezzjonijiet fl-arti preparati minn għalliema f’dan is-suġġett li ntalbu jagħtu l-kontribut tagħhom. |
| Dan il-ktieb għandu | jservi ta’ għodda għall-għalliema fil-qasam tal-arti. Il-proġett kien koordinat mill-Education Officer tal-Arti tad-Direttorat tal-Edukazzjoni, Sina Farrugia Micallef li hi artista magħrufa. Id-disinn tal-ktieb kien fdat f’idejn Charlie Ellul, Kap tad-Dipartiment tal-Matematika tal-istess Direttorat. |
Il-pubblikazzjoni kienet imnedija mill-Onor. Dr. Stephen Spiteri, Assistent Parlamentari fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja.
| F’diskors | qasir, hu qal li l-arti hi settur importanti ħafna fit-taghlim lit-tfal ghaliex tagħtihom aktar kunfidenza u tgħinhom fil-formazzjoni tal-karattru kif ukoll fis-suċċess għall-futur. L-arti saret parti mill-kurrikulum nazzjonali anki f’pajjiżi oħra għax illum nafu kemm il-kreativita’ artistika tgħin anke fit-tagħlim ta’ suġġetti oħra. |
| L-Assistent Parlamentari Spiteri saħaq li dan | is-suġġett qed jingħata importanza mill-Gvern tant li ftit tal-ġimgħat ilu, għall-ewwel darba tqassmu 13-il Borża ta’ Studju lil studenti li jixtiequ jispeċjaliżżaw f’oqsma diversi tal-arti. |
L-Onor. Stephen Spiteri temm jgħid li dawn il-Boroż ta’ Studju għandhom ikomplu jgħinu lill-istudenti tagħna biex ikabbru l-kultura u t-talent tagħhom.
Stqarrijiet Oħra:
PR261993
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...
PR261992