L-ISPEAKER MICHAEL FRENDO INIEDI PROGRAMM PARLAMENTARI ĠDID “IMPENN MAS-SOĊJETÀ ĊIVILI” - “ENGAGING WITH CIVIL SOCIETY” F’LAQGĦA MAR-ROTARY CLUB MALTA FIL-PARLAMENT
pr1881
15/10/2010
| F’laqgħa li saret | fil-Parlament ta’ Malta, l-iSpeaker Michael Frendo nieda l-ewwel attività tal-programm ġdid tal-Parlament Malti “Impenn mas-Soċjetà Ċivili” bi preżentazzjoni lir-Rotary Club ta’ Malta. |
| Il-laqgħa bdiet billi | numru mdaqqas ta’ 80 soċju tar- Rotary Club Malta kienu preżenti fis-Sala tal-Kamra tad-Deputati waqt il-Ħin tal-Mistoqsijiet. Wara li spiċċaw il-mistoqsijiet, l-membri tal-Klabb inġabru fil-Kamra tal-Kumitati, flimkien mal-iSpeaker u ż-żewġ Whips: minn naħa tal-Gvern u minn naħa tal-Oppożizzjoni, fejn l-iSpeaker mexxa preżentazzjoni qasira lil mistednin li wkoll ingħatalhom ktejjeb bi spjega fil-qosor tal-ħidma tal-Parlament Malti. Il-membri tar-Rotary Club Malta ressqu bosta mistoqsijiet dwar il-ħidma tal-Parlament. |
| “Dawn il-laqgħat | għandhom iservu sabiex iressqu lill-Parlament aktar qrib taċ-ċittadin u tas-soċjetà civili, biex jispjegaw il-ħidma kontinwa li ssir fil-Parlament u biex is-soċjetà ċivili jkollha konoxxenza aktar sħiħa u mill-viċin ta’ dak kollu li jiġri fil-Parlament. Illum il-ġurnata, tinħass ħafna l-ħtieġa li l-Parlamenti jimpenjaw ruħhom aktar mas-soċjetà ċivili, u nistenna li dan l-iżvilupp tal-lum jieħu l-vitalità tiegħu sabiex jinseġ aħjar il-ħajja parlamentari ma’ dik tas-soċjetà ċivili fl-interess tad-demokrazija parlamentari kif ipprattikata f’pajjiżna,” ikkummenta l-iSpeaker Michael Frendo. |
| Il-President tal-Rotary | Club Malta, is-Sur Ian Decesare, irringrazzja lill-Ispeaker għal din il-inizjattiva u awgura suċċess għall-ġejjieni biex l-idea tagħti l-frott mixtieq. Huwa qal li kien impressjonat bl-interess kbir li l-istedina qajjmet fost il-membri tar-Rotary Club Malta u wera s-sodisfazzjoni tiegħu għas-sehem tal-membri matul iż-żjara. |
| Bosta żjarat bħal dawn | qed jiġu ppjanati għax-xhur li ġejjin fejn rappreżentanti tas-soċjetà ċivili jingħataw l-opportunità li jżuru l-Parlament Malti bħala parti minn dan il-programm ġdid “Impenn mas-Socjetà Ċivili”. |
Other Press Releases:
PR261993
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...
PR261992