INAWGURATA WIRJA TA’ ARTI TA’ ARTISTI NISA GĦAWDXIN FIL-PALAZZ TA’ SAN’ANTON
pr1876
14/10/2010
| Is-Sinjura | Margaret Abela inawgurat wirja tal-arti minn artisti Għawdxin li qed tittella’ fil-Palazz ta’ San’Anton għat-tieni sena konsekuttiva bil-kollaborazzjoni taċ-Ċentru tal-Kultura f’Għawdex fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex. It-tema li ntgħażlet din is-sena hija dik ta’ Nisa Artisti Għawdxin fejn ix-xogħol esibit varjat huwa kollu ta’ artisti nisa. |
| Fid-diskors tagħha s-Sinjura Abela faħħret l-impenn | li ħadu l-artisti sabiex jieħdu sehem f’wirja bħal din bil-għan li jinġabru flus għall-Malta Community Chest Fund. “Permezz tal-Malta Community Chest Fund, individwi li jkollhom bżonn kura għall-mard li jkun ħakimhom fi żmien qasir u, li l-kura għaliha tammonta għal somma kbira ta’ flus, ikun jista’ jittaffilhom ftit mill-piż u mill-weġgħat li jkunu qegħdin jaffaċċjaw. Permezz ta’ dan l-impenn, l-individwi nvoluti, jkunu jistgħu jħarsu b’mod pożittiv lejn il-futur tagħhom,” sostniet is-Sinjura Abela. |
| Waqt | l-inawgurazzjoni tkellmet ukoll il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono li rringrazzjat lill-President u lis-Sinjura Abela talli għoġobhom jagħtu opportunità lill-artisti Għawdxin jesibixxu fil-Palazz Presidenzjali u żiedet tgħid li t-talent Għawdxi, minkejja li ġej minn gżira ċkejkna, huwa wieħed kbir. |
| L-artisti li qegħdin jipparteċipaw f’din | l-esibizzjoni huma: Audette Camilleri, Maria Cassar, Rachel Galea, Rebecca Grima, Valerie Mejlak, Cynthia Saliba, Maryrose Saliba, Lina Vella u Nicolette Vella. |
| Ħamsa u | Għoxrin fil-mija tal-qliegħ minn kull pittura jmur għall-Malta Community Chest Fund. L-esibizzjoni tibqa miftuħa kuljum sal-31 ta’ Ottubru. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261993
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...
PR261992