Left arrow Mur Lura

Malta fuq quddiem nett fl-Edukazzjoni tal-Adulti

pr1874
Date Icon 14/10/2010

Għall-ewwel darba fl-Ewropa saru korsijiet b’ċertifikazzjoni rikonoxxuta ... 13,500 applikazzjoni għall-korsijiet tal-Adulti

Fil-qasam tal-edukazzjoni tal-adulti, Malta wkolltinsab fuq quddiem nett fl-Ewropa meta għall-ewwel darba organizzat korsijiet tal-adulti li fit-tmiem tagħhom, ingħataw ċertifikazzjoni fil-ħiliet bażiċi rikonoxxuta madwar l-Ewropa kollha.  Din hi l-ewwel darba li saru korsijiet ta’ dan it-tip fl-Ewropa.
Il-Ministrutal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, Dolores Cristina l-bieraħ qassmet Ċertifikati f’Livell 1 fil-Malti, Ingliż u Matematika lil 260 student adult li temmew b’suċċess korsijiet organizzati mid-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja.
F’diskors li għamletil-Ministru Cristina qalet li qatt m’hu tard wisq biex titgħallem.  Din hi l-ewwel darba li d-Direttorat tat-Tagħlim Tul il-Ħajja li ilu mwaqqaf ftit aktar minn sena, offra tliet korsijiet li jwasslu għal Ċertifikazzjoni f’Livell 1, rikonoxxuta miċ-Ċentru Malti għall-Kwalifiki.  Dawn kienu korsijiet fil-ħiliet bażiċi tal-Malti, l-Ingliż u l-Matematika. Dawn iċ-ċertifikati huma rikonoxxuti wkoll fuq livell Ewropew.
Dawk li għaddew mill-eżamijietfinali kisbu 5 credits f’xi suġġett minn dawn u allura issa dawn l-istudenti jistgġu jagħmlu l-pass li jmiss u jimxu għal livell ieħor fis-suġġett li għaddejw minnu jew jistgħu wkoll jibqgħu jiġbru credits f’suġġetti oħra f’Livell 2.
Permezz ta’ din l-inizjattivaid-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja bil-kollaborazzjoni ta’ numru ta’ Kunsilli Lokali qed jipprova jilħaq numru ta’ adulti li għal xi raġuni jew oħra, fit-tfulija u ż-żogħżija tagħhom, ma kellhomx l-opportunita’ li jiksbu dawn il-ħiliet bażiċi.
Is-sena li għaddiet kienhemm 442 adult – ‘l fuq minn 20 sena – li rreġistraw biex jattendu għal dawn il-korsijiet.  64% temmew il-kors f’Mejju li għadda. Il-parti l-kbira minn dawn li temmew il-kors, 272 għamlu l-eżami finali li jwassal għal Ċertifikazzjoni f’Livell 1.  Minn dawn 260 għaddew mill-eżami.
Il-Ministrutal-Edukazzjoni appellat lill-Kunsilli Lokali li sal-lum għad ma daħlux għal din l-inizjattiva, biex huma wkoll jersqu lejn id-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja biex noffru dawn il-korsijiet fil-lokalitajiet tagħhom.  Din is-sena skolastika li għadha kif bidet, kien hemm aktar Kunsilli Lokali li qed jikkollaboraw.  Fil-fatt id-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja diġa’ għandu 650 applikazzjoni li hi żjieda ta’ 12% fuq is-sena li għaddiet.
Min-naħa tiegħu, l-Gvernlest ikompli jinvesti biex dawn il-korsijiet ikomplu jinfirxu.  Wieħed jittama li jkun hawn ħafna aktar adulti li jaħtfu dawn l-opportunitajiet.  Il-lezzjonijiet qed isiru fil-lokalitajiet biex ikun aktar faċli li l-adulti, sew jekk anzjani, nisa tad-dar, ħaddiema u żgħażagħ li jixtiequ jiksbu l-ħiliet bażiċi li jistgħu jgħinuhom tul ħajjithom, ikunu jistgħu jagħmlu dan.
Hu evidenti lianke fost l-adulti hawn għatx kbir għat-tagħlim.  Infatti d-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja din is-sena rċieva aktar minn 13,500 applikazzjoni minn persuni adulti li xtaqu jagħmlu xi korsijiet organizzati minnu.  Dan hu aktar minn 37% aktar mill-applikazzjonijiet tas-sena skolastika li għaddiet.
Filwaqtli ferħet lil dawk li temmew il-kors b’suċċess u awguratilhom ikomplu għat-tieni livell, il-Ministru Crisstina irringrazzjat lil dawk il-Kunsilli Lokali li qed joffru l-kollaborazzjoni tagħhom għal dawn il-lezzjonijiet u ħeġġet lil dawk li s’issa għadhom ma fehmux l-importanza ta’ din l-inizjattiva għan-nies fil-lokalita’ tagħhom, biex jersqu `l quddiem u jikkollaboraw mad-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja biex b’hekk inkomplu ntejbu l-kwalita’ tal-ħajja taċ-ċittadini tagħna.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  “Meta nappoġġjaw persuna b’diżabilità, irridu nkunu hemm għall-familja kollha” – Il-Ministru Julia Farrugia

PR261993

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

PR261992

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

Aktar Stqarrijiet Right arrow