Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-ġUSTIZZJA U L-INTERN

pr1872
Date Icon 13/10/2010
Risposta għall-Istqarrija tal-FrontKontra ċ-Ċensura
Il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Internjirreferi għall-istqarrija tal-Front Kontra ċ-Ċensura tal-lum rigward l-emendi għall-Kodiċi Kriminali li daħlu fis-seħħ permezz tal-Avviż Legali 345 tad-9 ta’ Lulju 2010 wara li dawn kien ġew approvati unanimament mill-Kamra tad-Deputati.
Il-Ministeru jfakkar li l-abbozz ta’liġi li kien jipproponi l-imsemmija emendi għall-Kodiċi Kriminali kien ippreżentat lill-mezzi tax-xandir f’konferenza tal-aħbarijiet u ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern nhar it-12 ta’ Frar 2010. Matul iż-żmien sakemm tressaq għall-konsiderezzjoni tal-Parlament, l-abbozz ta’ liġi kien ukoll miftuħ għall-iskrutinju tal-pubbliku, inklużi l-membri tal-Front Kontra ċ-Ċensura.
Fil-Kamra tad-Deputati, dan l-abbozzta’ liġi kien ġie dibattut estensivament fl-istadji kollha minn membri taż-żewġ naħat tal-Kamra u kien finalment approvat unanimament fil-15 ta’ Ġunju 2010.
Dan ifisser li bejn il-pubblikazzjonital-abbozz ta’ liġi u l-approvazzjoni tiegħu, għaddew xejn anqas minn erba’ xhur, li matulhom, kull minn xtaq jew kien interessat, seta faċilment jikkontribwixxi għad-dibattitu li kien għaddej, kemm ġewwa l-Parlament kif ukoll barra. Il-Front Kontra ċ-Ċensura dan m’għamlux.
Il-fatti jmeru l-allegazzjonital-Front Kontra ċ-Ċensura, li dan l-abbozz ta’ liġi għadda mingħajr ma sar il-proċess ta’ konsultazzjoni demokratika meħtieġ.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  “Meta nappoġġjaw persuna b’diżabilità, irridu nkunu hemm għall-familja kollha” – Il-Ministru Julia Farrugia

PR261993

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

PR261992

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

Aktar Stqarrijiet Right arrow