STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-ġUSTIZZJA U L-INTERN
pr1872
13/10/2010
| Risposta għall-Istqarrija tal-Front | Kontra ċ-Ċensura |
| Il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern | jirreferi għall-istqarrija tal-Front Kontra ċ-Ċensura tal-lum rigward l-emendi għall-Kodiċi Kriminali li daħlu fis-seħħ permezz tal-Avviż Legali 345 tad-9 ta’ Lulju 2010 wara li dawn kien ġew approvati unanimament mill-Kamra tad-Deputati. |
| Il-Ministeru jfakkar li l-abbozz ta’ | liġi li kien jipproponi l-imsemmija emendi għall-Kodiċi Kriminali kien ippreżentat lill-mezzi tax-xandir f’konferenza tal-aħbarijiet u ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern nhar it-12 ta’ Frar 2010. Matul iż-żmien sakemm tressaq għall-konsiderezzjoni tal-Parlament, l-abbozz ta’ liġi kien ukoll miftuħ għall-iskrutinju tal-pubbliku, inklużi l-membri tal-Front Kontra ċ-Ċensura. |
| Fil-Kamra tad-Deputati, dan l-abbozz | ta’ liġi kien ġie dibattut estensivament fl-istadji kollha minn membri taż-żewġ naħat tal-Kamra u kien finalment approvat unanimament fil-15 ta’ Ġunju 2010. |
| Dan ifisser li bejn il-pubblikazzjoni | tal-abbozz ta’ liġi u l-approvazzjoni tiegħu, għaddew xejn anqas minn erba’ xhur, li matulhom, kull minn xtaq jew kien interessat, seta faċilment jikkontribwixxi għad-dibattitu li kien għaddej, kemm ġewwa l-Parlament kif ukoll barra. Il-Front Kontra ċ-Ċensura dan m’għamlux. |
| Il-fatti jmeru l-allegazzjoni | tal-Front Kontra ċ-Ċensura, li dan l-abbozz ta’ liġi għadda mingħajr ma sar il-proċess ta’ konsultazzjoni demokratika meħtieġ. |
Other Press Releases:
PR261993
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...
PR261992