Left arrow Mur Lura

Tnedija ta’ Inċentiv għat-Tisbiħ tal-Lukandi u r-Ristoranti

pr1871
Date Icon 13/10/2010
L-għażlata’ pajjiż mit-turist ma tiddependix biss fuq il-postijiet ta’ storja u postijiet ta’ divertiment, mit-temp, il-baħar u r-riżorsi naturali imma tiddependi wkoll mis-servizzi li joffri il-pajjiż. Bl-għan li tiżdied il-kwalità tas-servizz turistiku lokali, tnediet skema ta’ sussidju fuq is-self li tħeġġeġ lil-lukandi u r-ristoranti biex iwettqu xogħol ta’ upgrading fl-istabbilimenti tagħhom kif ukoll biex joffru servizzi ġodda u jtejbu dawk eżistenti.
Dinl-iskema tħabbret dalgħodu waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Lukanda Preluna mill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech u s-Segretarju-Parlamentari għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura Mario de Marco.
Il-Ministru Tonio Fenech saħaq fuq l-importanza ta’investiment kontinwu fis-settur turistiku lokali, inkluż fil-kwalità tas-servizz tiegħu u din l-iskema, li qed titnieda wara diskussjonijiet mal-imsieħba li jirrappreżentaw dan is-settur, hija intiża proprju biex insaħħu l-kompetittività tal-industrija tat-turiżmu tagħna u biex inkomplu fil-miri li għandu l-pajjiż fil-Viżjoni għall-2015
Dinl-iskema, li se titmexxa mill-Malta Enterprise, għandha l-għan li tgħin, permezz ta’ sussidji fuq is-self, lil-lukandi, ristoranti u holiday accomodations bħal hostels u guest houses, biex iwettqu upgrading fl-operat u l-prodott tagħhom u biex itejbu s-servizzi li joffru llum u joffru servizzi ġodda.
L-għajnuna tikkonsisti f’sussidju fuq ir-ratatal-imgħax ta’ bejn 1% u 3%. L-għajnuna massima għal lukanda tista’ tkun ta’ sussidju fuq self massimu ta’ €7 miljun mentri għar-ristoranti dan huwa sa €500,000. Is-self irid jittieħed minn Ġunju 2010 sa Diċembru 2013.
Il-Ministru Tonio Fenech saħaq li l-intrapriżi li sejużaw din il-faċilità għandhom jużaw is-servizzi ta’ konsulenza provduti mill-Malta Enterprise. B’hekk ikunu megħjuna jiffukaw fuq proġetti li jistgħu jwasslu għal titjib tanġibbli u żieda identifikabbli fl-attività u fis-servizzi offruti mill-applikant.
Huwafakkar f’bosta inċentivi li tħaddmu matul din is-sena biex tissaħħaħ din l-industrija, fosthom żieda fil-fondi mmirati biex intejjbu l-aċċessibbiltà lejn pajjiżna permezz ta’ aktar rottot u żieda fil-baġit għar-reklamar ta’ pajjiżna. Semma’ wkoll l-iskema MicroInvest li minnhom operaturi żgħar jistgħu jibbenefikaw tax credit ta’ 40% fuq investiment kif ukoll fl-iskema tal-Enerġija tal-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali Ewropew speċifikament dwar l-Enerġija, fejn gawdew 11-il lukanda mill-ewwel sejħa u hemm 28 applikant ieħor fit-tieni u t-tielet sejħa
Is-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-Ambjent ul-Kultura, Mario de Marco qal li l-Gvern qed jinvesti bis-sħiħ fil-prodott turistiku lokali. Proġetti f’siti bħal Bieb il-Belt, Pjazza San Ġorġ, l-Imnajdra u Ħaġar Qim,  Pjazza Sant’ Anna u l-Promenade ta’ Qui Si Sana f’Tas-Sliema kif ukoll l-investiment fl-infrastruttura huma kollha xhieda tal-impenn tal-Gvern li jinvesti fil-prodott turistiku. Pajjiżna qed igawdi wkoll minn investiment ta’ €10 miljun ewro mill-Fondi Strutturali Ewropej 2007-2013 allokati għall-proġetti ta’ turiżmu sostenibbli.
Is-Segretarju Parlamentari tenna li l-iskema mħabbrallum, għandha l-għan li tħeġġeġ lis-settur privat jinvesti fi proġetti ta’ titjib fid-dehra u fil-prodott turistiku li joffri. Hu qal li riċerka tal-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu (MTA) turi li l-lukandi ta’ ħames stilel igawdu minn rata ogħla ta’ sodisfazzjon mill-lukandi ta’ inqas stilel. Filwaqt li 91.1% tat-turisti li qagħdu f’lukanda ta’ ħames stilel fl-2009, irrapurtaw li d-dehra tal-lukanda kienet tajba jew tajba ħafna, fil-każ ta’ lukandi ta’ erba’, tliet u żewġ stilel kien hemm 72.7%, 56.8% u 49.6% rispettaviment, li rrapurtaw li d-dehra tal-lukanda kienet tajba jew tajba ħafna. Mario de Marco qal li l-iskema tindirizza r-riżultati tar-riċerka għaliex tħeġġeġ lis-sidien tal-lukandi u ristoranti biex jinvestu fid-dehra tal-istabbiliment tagħhom u b’hekk it-turist ikun aktar sodisfatt mis-servizz li jieħu.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  “Meta nappoġġjaw persuna b’diżabilità, irridu nkunu hemm għall-familja kollha” – Il-Ministru Julia Farrugia

PR261993

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

PR261992

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

Aktar Stqarrijiet Right arrow