IL-PRESIDENT GEORGE ABELA IŻUR L-ISKEJJEL – ILLUM JIBDA Ż-ŻJARAT FL-ISKEJJEL TAL-KULLEĠĠ SANTA KLARA
pr1870
13/10/2010
| “M’għandux ikun hemm limitu għat-tagħlim” – Dan qalu | l-President George Abela meta dalgħodu żar il-Kulleġġ Santa Klara, bħala parti miż-żjarat li qed jagħmel fl-iskejjel kollha madwar Malta u Għawdex. |
| Filwaqt li rringrazzja lill-istudenti u l-għalliema | tal-merħba sabiħa li tawh, il-President George Abela faħħar l-impenn tal-istess għalliema li jgħallmu b’tant dedikazzjoni u hekk kif ninsabu fil-bidu tas-sena skolastika awgura l-ħidma t-tajba għal sena ta’ studju u tagħlim b’suċċess. |
| Il-President irrefera wkoll għall-importanza | tal-kontribut tal-iskejjel u l-istudenti fir-rigward tal-Istrina permezz tal-kampanja tal-Piggy Bank li għandha titnieda fil-ġranet li ġejjin, kif ukoll fil-Fun Run li se ssir fil-5 ta’ Diċembru. |
| Iż-żjarat kienu jinkludu: il-Primarja tal-Gżira, is-Sekondarja | tas-Subien tal-Gżira, il-Primarja ta’ tas-Sliema, il-Boys Junior Lyceum tal-Gżira kif ukoll il-Primarja A u B ta’ San Ġwann. |
| Fil-waqt li żar dawn l-iskejjel, il-President George | Abela ltaqa’ ma’ diversi tfal li ppreparaw programm ta’ attivitajiet li permezz tagħhom seta’ jara l-ħidma li ssir fl-iskejjel, it-tagħlim inklussiv u mezzi varji u kreattivi kif jitħarrġu. |
| Il-President seta’ josserva d-diversi dixxiplini | sportivi li jeżistu fl-iskola Sekondarja tas-Subien fil-Gżira u anke assista għall-eżerċizzji waqt brain gym miċ-ċkejknin tal-Primarja ta’ San Ġwann Primary A. Hawnhekk il-President Abela sostna l-importanza tal-isports sabiex student jikber b’mod sħiħ. |
| Fl-iskola | Primarja ta’ tas-Sliema kixef lapida li tikkommemora l-mitt sena minn meta nfetħet l-iskola. |
| Fil-Junior | Lyceum tas-Subien f’Tas-Sliema segwa lezzjoni ta’ Design and Technology. |
| Il-President George Abela irrisponda | għall-mistoqsijiet li għamlu fl-iskola Primarja ta’ San Ġwann B fejn spikkat il-kurżita’ tal-istudenti li xtaqu jkunu jafu dwar il-ħajja tal-President fil-kariga tiegħu, anke meta kien żgħir bħalhom. Il-President Abela ma ddejjaq xejn jirrakkonta praspura li għamel f’żgħożitu. |
| Iż-żjara tal-lum kienet dik f’uħud mill-iskejjel li | jagħmlu parti mill-Kulleġġ Santa Klara u din iz-zjara tkompli nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Ottubru fejn il-President George Abela akkumpanjat mill-Prinċipal tal-Kulleġġ, is-Sinjorina Maria Ciappara, ikompli jiltaqa’ mal-istudenti ta’ skejjel oħra li jagħmlu parti mill-Kulleġġ. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261993
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...
PR261992