PRESIDENT U VIĊI PRESIDENT ĠODDA GĦALL-BORD TAL-GVERNATURI TAL-MCAST
pr1868
13/10/2010
| Is-Sur Joe Farrugia u | s-Sur Tonio Portughese inħatru President u Viċi President tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija. Il-ħatra li hi għal tliet snin saret mill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, Dolores Cristina. |
| Joseph Farrugia ilu | jokkupa l-kariga ta’ Direttur Ġenerali tal-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem għal dawn l-aħħar disa’ snin. Qabel hu kien impjegat tal-Universita’ ta’ Malta fejn kien lecturer fil-Marketing u suġġetti anċillari kemm fil-Junior College kif ukoll fl-Universita’. Hu għandu esperjenza vasta fil-kunsulenza tal-marketing u ħadem ukoll bħala Uffiċjal tar-Riżorsi Umani mal-Grupp Gasan bejn l-1988 u l-1955 fejn kien responsabbli wkoll għar-relazzjonijiet industrjali, taħriġ u l-iżvilupp tal-organizazzjoni. |
| Is-Sur Farrugia kien | membru tal-Bord tad-Diretturi tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ, il-Bord għar-Relazzjonijiet tal-Impjiegi, il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza u jirrappreżenta lill-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem fil-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali u f’diversi fora internazzjonali inkluż l-Organizazzjoni Internazzjonali ta’ Min Iħaddem, il-Fond Soċjali Ewropew u organizazzjonijiet oħra. Fl-oqsma kulturali Joe Farrugia hu magħruf bħala artist u organizza diversi esibizzjonijiet bix-xogħlijiet tiegħu. Xogħlijiet ta’ pittura tiegħu jinsabu fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti u l-Mużew tal-Arkeoloġija. Hu miżżewweġ u għandu tifla. |
| Il-Kavallier Tonio | Portughese li kien diġa’ membru tal-Bord tal-Gvernaturi tal-MCAST issa nħatar Viċi President. Hu għandu esperjenza vasta fit-tmexxija ta’ kumpanniji kemm f’Malta (ST) kif ukoll fuq livell internazzjonali. Hu lecturer fil-Management u awtur ta’ numru ta’ kotba u pubblikazzjonijiet |
Stqarrijiet Oħra:
PR261993
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...
PR261992