Is-Segretarju Parlamentari Jason Azzopardi jattendi laqgħa tal-Commonwealth Economic Partnerships Forum f’Londra
pr1865
13/10/2010
| Is-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u | Artijiet, l-Onor. Jason Azzopardi jinsab Londra għal laqgħa tal-Commonwealth Economic Partnerships Forum fi ħdan il-Commonwealth Business Council. |
| L-għan | ta’ dan il-Forum huwa li jidentifika modi kif jista’ jiġi mmassimizzat il-benefiċċju ta’ tkabbir tal-koperazzjoni ekonomika li twassal għal iżjed kummerċ u investiment bejn il-pajjiżi tal-Commonwealth. |
| Ir-riżultati miksuba | minn dan il-Forum ser jeffettwaw l-aġenda tal-Commonwealth Business Forum li jmiss, li ser isir f’Perth fl-Awstralja, f’Novembru 2011. |
| Dan il-Forum huwa wkoll | opportunita’ biex titkabbar il-koperazzjoni bejn il-pajjiżi tal-Commonwealth f’numru ta’ setturi prinċipali fosthom is-Servizzi Finanzjarji, l-ICT, l-Enerġija u l-Edukazzjoni. |
| Fuq l-aġenda tal-Forum | hemm: |
· It-Tkabbir Globali permezz ta’ Sħubija Ekonomika
· L-Aċċessibilita għas-Swieq Finanzjarji fil-Commonwealth u
· It-Tisħiħ tal-Kummerċ fil-Commonwealth lejn Tkabbir Globali
Jakkumpanja lis-Segretarju Parlamentari hemm Lino Mintoff, Kap tas-Segretarjat għal Negozji Żgħar u Artijiet.
Other Press Releases:
PR261993
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...
PR261992