Left arrow Go Back

Is-suq internazzjonali joffri opportunitajiet kbar għan-negozju – 72 negozju jgawdu minn fondi tal-UE biex jesploraw swieq ġodda

pr1863
Date Icon 12/10/2010
Is-suqinternazzjonali, speċjalment is-suq intern tal-Unjoni Ewropea li fih aktar minn nofs biljun konsumatur, joffri opportunitajiet kbar għall-intrapriża lokali. Għalhekk, il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech ħeġġeġ lill-imprendituri lokali biex jesploraw aktar x’inhuma l-opportunitajiet marbuta mal-internazzjonalizzazzjoni tan-negozju u faħħar il-fatt li din is-sena 72 kumpanija gawdew minn €4.5miljun f’fondi Ewropej biex jesploraw swieq ġodda.
Il-Ministru Fenech kien qed jagħlaq konferenzaorganizzata mill-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija dwar il-franchising. Tonio Fenech spjega kif il-fatt li Malta issa hija membru tal-Unjoni Ewropea u tuża l-munita ewro jagħti lill-imprendituri b’għodda importanti li jistgħu jisfruttaw biex iwessgħu n-negozju tagħhom, joħolqu aktar ġid u għalhekk aktar postijiet tax-xogħol. Barra minn hekk, pajjiżna għandu l-vantaġġ li għandu ħaddiema kapaċi u mill-aktar kwalifikati, fatt li huwa rikonoxxut mill-investituri barranin li jagħżlu lil Malta. Għalhekk, la l-ħaddiema Maltin huma kapaċi joffru livell ta’ eċċellenza lill-investitur barrani f’pajjiżna, l-intrapriża lokali m’għandhiex taqta’ qalbha milli tħares lejn l-opportunitajiet li jeżistu barra minn xtutna.
TonioFenech ħeġġeġ lill-imprendituri biex meta jikkunsidraw l-għażliet marbuta mal-internazzjonalizzazzjoni ma jikkunsidrawx biss l-importazzjoni u l-esportazzjoni li huma wkoll importanti iżda li jaraw rotot oħra fosthom it-twaqqif ta’ joint ventures ma’ imsieħba barranin, it-trasferiment ta’ teknoloġija, sussidjarji u l-franchising, li kien is-suġġett tad-diskussjoni tal-lum. Il-Ministru esprima l-impenn tiegħu li l-Gvern jibqa’ jinvesti fit-taħriġ tal-ħaddiema biex is-suq tax-xogħol ikompli jirrispondi għar-realtajiet tal-ekonomija globali. Dan filwaqt li jibqa’ jassigura infrastruttura ta’ l-ogħla livell, kif jixhdu l-proġetti ta’ Life Sciences Park, Corporate Village, il-Park tal-Avjazzjoni u l-iSports and Leisure Village.
Il-Ministru feraħ ukoll lil dawk l-imprendituri likienu pijunieri f’pajjiżna fir-rigward tal-franchising, f’oqsma bħall-ikel u l-catering, id-disinn tal-ħwejjeġ u setturi oħra. Awgura li dawn l-eżempji jservu biex ikollna aktar esperjenzi ta’ suċċess f’dan is-settur.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  “Meta nappoġġjaw persuna b’diżabilità, irridu nkunu hemm għall-familja kollha” – Il-Ministru Julia Farrugia

PR261993

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

PR261992

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

More Press Releases Right arrow