Ħtieġa ta’ aktar Edukaturi għall-Adulti
pr1862
12/10/2010
| Din | is-sena, numru rekord ta’ adulti applikaw sabiex jitgħallmu fil-korsijiet organizzati mid-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja. Minħabba din id-domanda, hemm il-ħtieġa għall-aktar edukaturi għall-adulti f’numru ta’ suġġetti. |
| Dawn | huma: Home Economics, Franċiż, Ġermaniż, Taljan, Spanjol, Photoshop, Keep Fit/Aerobics, Mekkanik ta’ Karozza, kif ukoll Fiżika, Ingliż, Kimika u Marketing (dawn l-aħħar erba’ suġġetti f’livell avvanzat). |
| Fil-qasam tal-mużika, jenħtieġu aktar edukaturi | għall-adulti biex jgħallmu dawn l-istrumenti: kitarra klassika u dik akwistika, double bass, perkussjoni, flawt, vjolin, klarinett, kif ukoll vuċi għall-kant klassiku u għal kant modern/pop |
| Dawk | il-persuni li għandhom il-kwalifiki li jgħallmu dawn is-suġġetti jistgħu jibgħatu ittra, flimkien ma’ CV u kopja taċ-ċertifikati lid-Direttur għat-Tagħlim Tul il-Ħajja, Kamra 327 Direttorati għall-Edukazzjoni, Triq l-Assedju l-Kbir, il-Furjana FRN 1810. Kull applikant għandu jindika l-ġranet meta jista’ joffri t-tagħlim. |
Ir-rata ta’ ħlas hi ta’ €11.65 is-siegħa. L-applikazzjonijiet jintlaqgħu sal-Ġimgħa 22 ta’ Otrtubru, 2010. Id-Direttorat qed jirriserva d-dritt li qabel edukatur għall-adulti jiġi ngaġġat, issir intervista. Dawn il-korsijiet kollha jsiru fil-għaxija.
Other Press Releases:
PR261993
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...
PR261992