IL-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita’ jagħmel żjara fl-Iskola Primarja Attard
pr1860
12/10/2010
| Il-Ministru tas-Saħħa, | l-Anzjani u Kura fil-Komunita’, l-Onor. Joe Cassar iltaqa’ mat-tfal tas-sitt sena tal-iskola Primarja ta’ Ħ’Attard, Kulleġġ San Nikola, fejn b’mod informali tkellem magħhom fuq is-saħħa u s-sigurta’ fuq il-post tax-xogħol. |
| Il-Ministru Cassar | sostna li, “huwa fatt magħruf sew li meta nedukaw lit-tfal tagħna minn kmieni dawn mhux biss jitilgħu ċittadini tajbin, imma jinfluwenzaw lil dawk ta’ madwarhom fosthom il-ġenituri. Huwa għalhekk li jien ilqajt bi pjaċir kbir din l-attivita’ tal-lum. Inħeġġiġkom biex tfakkru lill-mama’ u lill-papa’ fuq il-perikli fuq il-post tax-xogħol.” |
| L-Awtorita’ tas-Saħħa u | s-Sigurta’ fuq il-Post tax-Xogħol qed ikollha suċċess kbir b’dawn l-attivitajiet li qed jittellgħu b’mod regolari mat-tfal ta’ Year 6 fl-iskejjel primarji tal-iskejjel tal-Gvern. Fil-fatt, il-karattru ta’ NAPO (li nħoloq mill-konsorzju ewropew), issa sar popolari mat-tfal u mal-familji tagħhom. S’issa, NAPO, żar 24 skola u ltaqa’ ma’ madwar 1,420 student. |
| Tul dawn iż-żjarat, it-tfal | jaraw film qasir li fih NAPO huwa protagonist u jintwerew posters dejjem bit-tema li t-tfal jifhmu aktar xi jfissru sinjali tas-saħħa u s-sigurta’. Wara ssir diskussjoni interattiva. NAPO jkun preżenti lejn l-aħħar tad-diskussjoni biex iqassam materjal u kotba edukattivi lit-tfal. Dawn il-kotba huma kollha ppreparati mill-Awtorita’ għas-Saħħa u s-Sigurta’ fuq il-Post tax-Xogħol. Dawn il-kotba t-tfal jistgħu jaħdmu fuqhom fid-dar jew fil-klassi. |
| NAPO huwa l-eroj | tas-sensiela ta’ cartoons. Jirrappreżenta lill-ħaddiema fis-settur tax-xogħol, b’mod partikolari l-industrija, imma ma’ jillimitax ruħu għal-tip wieħed ta’ xogħol. Minħabba li NAPO huwa persuna normali, mhux karattru tajjeb jew kattiv, mhux kbir jew żgħir, jista’ jitqies bħala karattru newtrali. Huwa ħaddiem ħerqan u ħabrieki imma kull tant huwa l-vittma ta’ sitwazzjonijiet li m’għandux kontroll fuqhom. Is-sabieħ ta’ dan il-karattru hu li meta jiffaċċja xi tip ta’ periklu hu kapaċi jgharaf dan il-periklu, jidentifikah u jagħmel suġġerimenti li jistgħu jtejjbu s-saħħa u s-sigurta’ fuq il-post tax-xogħol. |
| NAPO huwa karattru | simpatiku maħbub minn kullħadd, kbar u żgħar. Huwa jesprimi s-sentimenti tiegħu b’mod ċar. L-iktar ħaġa importanti hija li kull ħaddiem kapaċi jidentifika ruħu mal-kwalitajiet sbieħ ta’ NAPO u kapaċi jaddotta s-sens ta’ inizjattiva li għandu hu. |
| Il-Ministru Cassar | ħeġġeġ lit-tfal biex isegwu sewwa dak li qed jagħmel NAPO ħalli huma wkoll jgħaddu l-messaġġ pożittiv lill-ġenituri tagħhom. |
| “Aħna lkoll għandna | bżonn li naddottaw l-eżempji pożittivi li jgħaddilna NAPO. Fuq kollox, ilkoll kemm aħna għandna bżonn nagħtu aktar attenzjoni lejn il-mod ta’ kif naħdmu. Għalkemm l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol naqsu, dan ma’ jfissirx li nistgħu nserrħu rasna. Ħafna mill-inċidenti li jseħħu fuq il-post tax-xogħol ġejjin minn traskuraġni jew nuqqas ta’ attenzjoni fil-mument li fieh ikun qed iseħħ l-inċident. |
| Nirringrazzja | lill-Awtorita’ tas-Saħħa u s-Sigurta’ fuq il-post tax-xogħol għal-ħidma tagħhom bla heda f’dan il-qasam. Nirringrazzja wkoll lill-iskola Primarja ta’ Ħ’Attard li aċċettat l-istedina tagħna llum. Nappella lilkom tfal biex tiġbdu l-attenzjoni tagħna l-kbar meta tarawna resqin lejn perikli li nistgħu nevitaw, u fuq kollox nispera li wara din l-attivita’ tal-lum intom ukoll tibdew toqgħodu aktar attenti sabiex ma’ tidħlux f’perikli li tistgħu tevitaw,” ikkonkluda l-Ministru. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261993
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...
PR261992