Left arrow Mur Lura

Imniedi l-Kunsill Reġjonali għaż-Żgħażagħ Għawdxin fil-kuntest tal-viżjoni eko-Għawdex

pr1857
Date Icon 11/10/2010
‘It-twaqqif ta’ KunsillReġjonali għaż-żgħażagħ Għawdxin hija waħda mill-miżuri proposti fil-pjan ta’ azzjoni marbuta mal-viżjoni eko-Għawdex’. Hekk qalet il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono, meta habbret it-twaqqif ta’ dan il-kunsill waqt l-attività Żgħażagħ Fest imtellgħa mill-Oratorju Don Bosco, fir-Rabat Għawdex.
‘Il-viżjoni eko-Għawdexhi bbażata fuq il-prinċipji ta’ żvilupp sostenibbli u għalhekk tħares lejn żvilupp soċjo-ekonomiku sħiħ filwaqt li tagħti attenzjoni għall-ħarsien ta’ l-ambjent naturali u storiku, flimkien mal-karatteristiċi li jagħtu identità lil gżira ta’ Għawdex.  Wara li fl-aħħar xhur ingħata bidu għal diversi inizjattivi marbuta mal-ambjent rurali u xogħlijiet infrastrutturali, issa ser jiġi ndirizzat il-qasam soċjali b’mod partikolari dak marbut maż-żgħażagħ,’ żiedet tgħid il-Ministru Debono.
Il-Kunsill ReġjonaliŻgħażagħ Għawdxin ser ikun iffurmat minn żgħażagħ Għawdxin ta’ bejn is-16 u t-30 sena. Huwa mmirat li jinkorpora rappreżentanti ta’ għaqdiet li jaħdmu fost iż-żgħażagħ Għawdxin f’diversi setturi kemm dawk sportivi, reliġjużi, filantropiċi u għaqdiet oħra li mhumiex governattivi.
L-għanijiet prinċipaligħat-twaqqif ta’ dan il-kunsill jinkludu dawk li jagħti spazju għal rappreżentanza aktar effettiva taż-żgħażagħ Għawdxin billi  jirrikonoxxi l-ħidma rispettiva tal-għaqdiet membri filwaqt li jippromwovi aktar koordinazzjoni u koperazzjoni b’risq iż-żgħażagħ Għawdxin.   Fl-istess waqt ser ikun qed jinħoloq forum rikonoxxut li permezz tiegħu ż-żgħażagħ ser ikunu jistgħu jwasslu l-vuċi tagħhom filwaqt li jsaħħu l-involviment tagħhom b’riżq żgħażagħ oħra bħalhom.
Din l-attività kienettagħmel parti mill-programm imħejji għal Żgħażagħ Fest, fl-okkażjoni tal-ftuħ tas-sena soċjali u pastorali. Ġew promossi l-ħiliet u l-abiltajiet taż-żgħażagħ b’attivitajiet li raw parteċipazzjoni ta’ għadd kbir ta’ żgħażagħ minn madwar Għawdex kollu, fosthom wirja ta’ arti u fotografija li qiegħda tittella’ fis-sala tal-wirjiet tal-Ministeru għal Għawdex; u  li kienet ukoll inawgurata mill-Onor. Giovanna Debono.
Twaqqfet tinda qrib l-OratorjuDon Bosco fi Pjazza Santu Wistin fejn ġew organizzati attivitajiet matul il-jum u fis-serati matul tmiem il-ġimgħa. Kien hemm stands b’informazzjoni dwar eko-Għawdex kif ukoll oħra mwaqqfa mill-Istitut għall-Istudji turistiċi f’Għawdex. Attivitajiet oħra kienu jinkludi serati ta’ kant u mużika, seminar, esperjenzi ta’ volontarjat f’diversi istituzzjonijiet f’Għawdex, kampanja ta’ donazzjoni tad-demm, talb u riflessjonijiet,  logħob u attivitajiet sportivi oħra.
Dan il-programm niedawkoll l-attivitajiet bi preparazzjoni għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ 2011 waqt quddiesa ċċelebrata mill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  “Meta nappoġġjaw persuna b’diżabilità, irridu nkunu hemm għall-familja kollha” – Il-Ministru Julia Farrugia

PR261993

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

PR261992

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

Aktar Stqarrijiet Right arrow