IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAL NEGOZJI ŻGĦAR U ARTIJIET JATTENDI LAQGĦA TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI DWAR IL-KOMPETITTIVITA’
pr1856
11/10/2010
| Is-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u | Artijiet, l-Onor. Jason Azzopardi, illum jinsab fil-Lussemburgu, għal laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri dwar il-Kompetittivita’. |
| F’din | il-laqgħa qed jiġu diskussi temi li jirrigwardaw is-Suq Intern, u l-Industrija. Fost l-oħrajn qed jiġu diskussi: |
· Il-Funzjoni tas-Suq intern
· Ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-sorveljanza tas-suq
· L-orjentament politiku dwar ir-regolamentazzjoni li tikkonċerna it-traduzzjonijiet għall-Brevet Ewropew
· Preżentazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea, u l-addozzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Ministri dwar it-Turizmu u
· Preżentazzjoni u skambju ta’ ideat dwar l-Unjoni tal-Innovazzjoni.
Jakkumpanja lis-Segretarju Parlamentari hemm Lino Mintoff, kap tas-Segretarjat Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet
Stqarrijiet Oħra:
PR261993
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...
PR261992