Left arrow Mur Lura

Imwaqqfa l-Assoċjazzjoni tas-Saħħa Mentali f’Għawdex

pr1854
Date Icon 11/10/2010
Bħala parti mill-attivitajietorganizzati mill-Ministeru għal Għawdex biex ifakkar il-Jum Dinji tas-Saħħa Mentali, ġiet uffiċċjalment imwaqqfa l-Assoċjazzjoni tas-Saħħa Mentali f’Għawdex. Dan huwa pass ieħor importanti għal-qasam tas-saħħa f’Għawdex li nagħqad mal-bqija tad-dinja f’impenn li għandu l-għan li jkattar l-għarfien u l-għajnuna lil min isofri min-nuqqas ta’ saħħa mentali.
Aktar kmieni din is-senakien ingħata bidu għal kampanja biex jiżdied l-għarfien dwar dan is-suġġett permezz ta’ seminar li ġie organizzat mill-Ministeru għal Għawdex bħala parti mill-programm ta’ azzjoni fir-rigward tal-viżjoni eko-Għawdex.
Fi tmiem il-ġimgħa ġieorganizzat programm ta’ attivitajiet li ndirizza b’mod speċjali l-fattur ta’ esklużjoni soċjali minħabba nuqqas ta’ għarfien dwar dan il-qasam.  L-Onor. Giovanna Debono nediet programm ta’ prevenzjoni ndirizzat lejn tfal li jattendu l-aħħar tliet klassijiet fl-iskejjel primarji fi ħdan il-Gozo College, kif ukoll fi skejjel tal-knisja f’Għawdex. Waqt żjara li għamlet fl-iskola primarja tar-Rabat spjegat kif professjonisti mill-Ministeru għal Għawdex ser ikunu qed iwasslu tagħrif bl-għajnuna ta’ materjal stampat mill-Assoċjazzjoni tas-Saħħa Mentali.
It-tħabbir tat-twaqqifuffiċjali ta’ l-Assoċjazzjoni tas-Saħħa Mentali f’Għawdex sar waqt attività organizzata fic-ċinema fejn intwera l-film ‘A Beautiful Mind’ li serva bħala spunt għad-diskussjoni li segwiet mill-udjenza numeruża li attendiet għal din is-serata.
Hekk kif ħabbret it-twaqqifta’ l-assoċjazzjoni ġdida, il-Ministru Debono qalet li din hija inizjattiva ħajja li ser tkun qed tagħti kontribut kontinwu kemm lil pazjenti kif ukoll lil dawk li jgħixu magħhom fil-gżira ta’ Għawdex. Hija spjegat ukoll kif l-attivitajiet li ġew organizzati f’Għawdex huma azzjoni konkreta bħala kontribut għal ħidma biex jiżdied l-għarfien dwar dan il-qasam tas-saħħa anke fuq livell reġjonali.
Hija saħqet li l-Ministerugħal Għawdex huwa mpenjat biex isaħħaħ dejjem aktar is-servizzi fil-qasam tas-saħħa f’Għawdex u dan jinkludi wkoll servizzi għal dawk li jbatu min-nuqqas ta’ saħħa mentali.
‘Dan jikseb relevanzapartikolari meta wieħed iqis li din is-sena l-Kummissjoni Ewropea stiednet lil pajjiżi membri biex jaħdmu b’mod partikolari kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, fattur li żgur huwa relatat ma’ min ibati b’nuqqas ta’ saħħa mentali’, temmet tgħid il-Ministru Debono.
L-attivitajiet komplewfi tmiem il-Ġimgħa permezz ta’ programm ta’ ‘outreach’ li matulhu tqassam materjal li jippromwovi l-bżonn li wieħed jieħu ħsieb saħħtu,  anke dik mentali, f’postijiet prominenti li kienu jinkludu pjazez u ċentri kummerċjali fil-belt Victoria.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  “Meta nappoġġjaw persuna b’diżabilità, irridu nkunu hemm għall-familja kollha” – Il-Ministru Julia Farrugia

PR261993

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

PR261992

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

Aktar Stqarrijiet Right arrow